Press Releases STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA ZGHAZAGH U SPORT B’RISPOSTA GHAL DAKLI NTQAL MILL MALTA UNION OF TEACHERS.
PR0054
17/01/2009
| IL-BIBIEN TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI | DEJJEM MIFTUĦA GĦAL SOLUZZJONI MINKEJJA L-ISTRAJK ORDNAT MILL-MUT NHAR IL-GIMGHA |
| Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Zgħażagħ u Sport jiċħad kategorikament l-akkużi tal-Malta Union Of Teachers li mexa b’xi mod irresponsabbli jew inaċċetabbli waqt l-istrajk ta’ sagħtejn li l-union sejjħet nhar il-Ġimgħa li għadda għalKindergarten Assistants, Support Kindergarten Assistants u Learning Support Assistants. |
| Il-Ministeru u d-Direttorati tal-edukazzjoni | aġixxew bl-aktar mod responsabbli billi assiguraw li tfal żgħar tal-kindergarten ma jitħallewx wehidhom izda jkunu mħarsa u ndukrati waqt li kienu fil-bini tal-iskola fil-ħin tal-azzjoni industrjali. |
| Kien dmir tal-Prinċipali tal-Kulleġġi li | jaraw li l-kapijiet tal-iskejjel u l-assistenti tagħhom jassiguraw li dawn it-tfal żgħar ikunu inħarsa meta jkunu fl-iskola. |
| Minkejja d-deċiżjoni mill-MUT li ma tattendix | għal laqgħa ippjanata għal nhar it-Tlieta li ġej, bit-tama li jinstabu soluzzjonijiet għall-kwestjoni li dwarha kien ordnat l-istrajk, il-bibien tal-Ministeru tal-Edukazzjoni jibqgħu dejjem miftuħa għal-laqgħat li hemm bżonn biex ikomplu t-taħditiet li diġa’ bdew b’laqgħa informali din il-ġimgħa u li l-MUT stess iddeskriviet bħala “laqgħa pożittiva”. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984