Left arrow Go Back

IMfakkar Jum is-Siġar f’Għawdex

PR0048
Date Icon 16/01/2009
Studenti li jattendu l-iskola Primarjatax-Xewkija fil-Kulleġġ ta’ Għawdex, ħadu sehem f’ċerimonja simbolika li fiha tfakkar Jum is-Siġar. F’din l-attivita’  ipparteċipaw tfal minn skejjel oħra fil-Kulleġġ ta’ Għawdex flimkien ma’ l-għalliema tagħhom.
Is-sezzjoni tal-‘Hands On Farming’ li hijamwaqqfa fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija torganizza attivitajiet għall-istudenti li jattendu l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex. Waħda mill-attivitajiet annwali hija l-kommemorazzjoni ta’ Jum is-Siġar li tiġi ċċelebrata fis-16 ta’ Jannar. Ta’ kull sena tintgħażel skola f’Għawdex fejn fiha ssir ċerimonja li permezz tagħha l-istudenti jsiru aktar konxji mill-importanza tas-siġar għall-ambjent ta’ madwarna.
Dinis-sena din l-attivita’ ittellgħet fl-iskola Primarja tax-Xewkija bil-kollaborazzjoni tal-Kap u l-istaff ta’ din l-iskola. Tħejja programm li kien jinkludi qari ta’ proża u poeżiji, mima u esebizzjoni ta’ proġetti li jittrattaw temi dwar is-siġar, li nħadmu mill-istudenti ta’ l-istess skola.
Waral-programm inkixfet lapida kommemorattiva li tfakkar it-tmenin anniversarju minn meta beda jiġi kkommemorat Jum is-Siġar f’Għawdex. L-ewwel darba li saret din iċ-ċerimonja ta’ Jum is-Siġar, kienu tħawlu s-siġar li hemm prezentement fi Pjazza San Franġisk quddiem il-Ministeru għal Għawdex. Siġar oħra li tħawlu f’Għawdex fl-okkażjoni ta’ Jum is-Siġar jinkludu dawk li hemm fit-triq ta’ l-Għasri u oħrajn fit-triq bejn ix-Xewkija u Għajnsielem.
Dinl-attivita’ intemmet billi studenti tas-sitt sena ħawlu siġra fil-ġnien ta’ l-iskola. Twaħlet ukoll tabella bl-ismijiet ta’ dawn l-istudenti bħala tifkira. L-istudenti kollha li kienu preżenti ingħataw żrieragħ ta’ siġar indiġeni biex ikunu jistgħu jiżirgħuhom id-dar.
L-attivitajiet tal-‘Hands on Farming’ ikomplumatul is-sena skolastika fejn studenti mill-iskejjel kollha f’Għawdex jattendu għal sessjonijiet prattiċi fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija fejn huma jiżirgħu pjanti indiġeni Maltin u jingħataw ukoll tagħrif dwarhom. Fis-snin li għaddew pjanti li tkabbru f’dawn is-sessjonijiet tħawwlu fl-iskejjel biex l-istudenti jkunu jistgħu jaraw eżempji ħajjin ta’ pjanti li jitgħallmu dwarhom matul il-lezzjonijiet tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow