Left arrow Go Back

SERVIZZ ĠDID FIT-TELEKOMUNIKAZZJONI LI GĦANDU JĦALLI EFFETT POŻITTIV FUQ IL-PREZZIJIET LI JĦALLAS IL-KONSUMATUR

PR0035
Date Icon 14/01/2009
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt qal li s-servizz il-ġdid fil-qasam tat-telefonija ċellulari li l-kumpanija Melita se tniedi fi żmien qasir, mistenni jwassal biex ikun hemm impatt pożittiv fuq il-prezzijiet, u għaldaqstant, fil-futur dan għandu jissarraf f’benefiċċji għall-konsumaturi. Il-Ministru Gatt kien qiegħed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tħabbar li l-kumpanija multi-nazzjonali Ericcson għadha kemm temmet b’suċċess proġett fuq is-sistema tan-network li se tuża l-kumpanija Melita, bl-iskop li tkun tista’ toffri servizz tat-telefonija ċellulari permezz ta’ l-infrastruttura tal-cable. Dan l-investiment mill-Melita jlaħħaq mal-€40 miljun.
Il-Ministru Austin Gatt semma kif is-servizz lise toffri l-kumpanija Melita, b’kont wieħed li jkun jista’ jinkludi s-servizz tat-televiżjoni, internet, telefonija fissa u dik ċellulari, se jwassal ukoll biex ikun hemm aktar flessibilta’ u valur miżjud għas-servizzi li l-konsumaturi se jkollhom fis-suq.
“Il-politika tal-Gvern dejjem kienet favuril-liberalizzazzjoni, u dan jgħodd ukoll għas-settur tat-telekomunikazzjoni, li maż-żmien m’hux biss wassal ghal roħs f’dak li jħallas il-konsumatur, iżda wkoll investiment kontinwu minn dawk li joperaw f’dan is-settur.” Il-Ministru Austin Gatt kompla jgħid li is-suq tat-telekomunikazzjoni huwa prova ta’ l-għażliet li għandu l-konsumatur, b’rati orħos u b’firxa aktar ta’ servizzi ta’ kwalita’.
Il-Ministru Austin Gatt semma wkoll kifil-politika tal-Gvern dejjem kienet li tinkoraġġixxi l-investiment bil-mira li fl-aħħar mill-aħħar, igawdu minnu l-konsumaturi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow