Left arrow Go Back

SEJĦA MILL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI LIL DAWK KOLLHA LI GĦAMLU RIĊERKA LOKALI FUQ IL-FAMILJA

PR0034
Date Icon 14/01/2009

Hekk kif ġie ffurmat il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għal din il-Leġislatura, il-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, Membri f’dan l-imsemmi Kumitat, formalment qablu li d-diskussjonijiet fuq il-familja għandhom ikunu prijorità.  Dan għaliex jemmnu li t-tisħiħ tal-familja huwa indispensabbli u intrinsikament marbut mat-tisħiħ tas-soċjetà.

Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jixtieq isejjaħ lil dawk kollha li għamlu riċerka lokali fuq il-familja sabiex jiġu diskussi aħjar il-fatturi li qed jgħaqqdu u jifirdu l-familja Maltija. Dawk interessati għandhom jiktbu lill-Onor Edwin Vassallo (Chairperson) fuq edwin.vassallo@gov.mt, b’kopja lis-Sur James Carabott, Research Analyst fuq james.carabott@gov.mt. 

Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali lest li jiltaqa’ ma’ riċerkaturi, persuni li għamlu xi studju l-Università u għaqdiet sabiex jorganizza magħhom laqgħat fil-futur biex jinxteħet aktar dawl fuq is-suġġett.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow