Left arrow Go Back

TITNIEDA PUBBLIKAZZJONI OĦRA MIS-SENSIELA ‘L-UNJONI EWROPEA GĦALIJA: EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ’

PR0030
Date Icon 13/01/2009
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said, illum nieda pubblikazzjoni ġdida tal-MEUSAC li tipprovdi tagħrif dwar proġetti u esperjenzi li minnhom ibbenefikaw individwi, entitajiet u għaqdiet Maltin permezz tal-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ.
Chris Said qal li dan il-ktejjeb jagħtispjegazzjoni tal-esperjenzi li għaqdiet mhux governattivi, kunsilli lokali u skejjel fost oħrajn għaddew minnhom meta applikaw għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea.  Hu qal ukoll li l-Gvern iħoss li għad hemm ħafna opportunitajiet li joffru d-diversi programmi ta’ fondi li għandha l-Unjoni Ewropea, iżda li għadna ma bdejniex nibbenefikaw minnhom.  Għaldaqstant ir-ristrutturar tal-MEUSAC f’dawn l-aħħar xhur sar sabiex jgħin lill-kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi varji jibbenifikaw minn dawn il-programmi permezz tal-Funding Unit fi ħdan il-MEUSAC.  Dan il-Unit twaqqaf apposta biex jgħin lill-kunsilli u għaqdiet jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal proġetti ffinanzjati mill-UE .
Dott. Said qal li fil-baġit għal din is-senal-Gvern alloka fond apposta li minnu jgħin fil-ko-finanzjament ta’ proġetti mill-kunsilli lokali.  Issa l-Gvern qed ukoll jesplora kif għaqdiet mhux governattivi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja, permezz tal-MEUSAC, li tagħmel tajjeb għal ko-finanzjament li jkun meħtieġ fi proġetti ffinanzjati mill-UE.  Bħalissa l-Gvern għaddej b’ ħidma biex iħejji linja gwida dwar kif se tingħata din l-għajnuna.
Dott. Vanni Xuereb, il-Kap tal-MEUSAC, waqt dinit-tnedija qal li l-istrateġija tal-MEUSAC hija li tgħin lill-għaqdiet mhux governattivi u entitajiet permezz tad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar programmi ta’ fondi tal-UE.  Huwa qal li l-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb huwa riżultat ta’ sinerġija bejn żewġ taqsimiet fi ħdan il-MEUSAC: dik tal-Informazzjoni u tal-Funding Unit.
Dott. Gabriella Pace, il-Kap tat-Taqsimatal-Informazzjoni fi ħdan il-MEUSAC, qalet li din il-pubblikazzjoni, it-tieni mis-sensiela li ġġib l-isem ‘L-Unjoni Ewropea għalija’ tiffoka fuq proġetti li saru permezz ta’ programmi ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea 2004-2006.  Dott. Pace qalet li b’dan il-mod, meta wieħed jagħti disseminazzjoni tal-esperjenzi li joħorġu mill-proġetti li jkunu ntemmu jħajjar lill-entitatijiet u għaqdiet u jagħmillhom kuraġġ sabiex japplikaw għal-dawn l-għajnuniet offruti mill-Unjoni Ewropea.
Wieħed jista’ jiġbor kopja ta’ ‘L-Unjoni Ewropeagħalija: Edukazzjoni u Taħriġ’ mill-istand li l-MEUSAC se jkollu waqt il-fiera ‘L-Ewropa Qrib Tiegħek’ li se tittella’ f’ Misraħ il-Ħelsien, il-Belt Valletta l-ġimgħa d-dieħla, jew mill-uffiċċju tal-MEUSAC, 280, Triq ir-Repubblika, Valletta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow