Left arrow Go Back

ŻGUMBRAMENT FI PJAZZA SANT’ANNA TAS SLIEMA

PR0014
Date Icon 09/01/2009
Dalgħodu ħaddiema tat-Taqsima Proprjeta’tal-Gvern (GPD) wettqu azzjoni ta’ infurzar li wasslet ghall-iżgumbrament ta’ stabbiliment tal-ikel fi Pjazza Sant’Anna f’Tas Sliema.  L-operazzjoni li bdiet kmieni dalgħodu, seħħet wara li ċ-ċens tal-Magic Kiosk ġie fi tmiemu, u sid l-istabbiliment ma żgumbrax is-sit skond il-liġi.
Involuti fl-iżgumbrament dalgħodu kienu ħaddiematad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, membri tal-Pulizija mid-Diviżjoni tal-ALE, kif ukoll ħaddiema mill-Enemalta Corporation u l-Water Services Corporation.
L-iżgumbrament ta’ dalgħodu ser jiffaċilita lifuq is-sit minflok ir-ristorant, il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarjiet Rurali, iwettaq proġett illi jkompli mat-tisbiħ ta’ Triq Bisazza illi sar qabel il-festi.  Huwa ppjanat illi Pjazza Sant’Anna tingħata lura lill-pubbliku fl-istat oriġinali tagħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow