Left arrow Go Back

FL-OKKAŻJONI TAT-30 ANNIVERSARJU TAL-GOZO CHANNEL TITNIEDA ATTIVITÀ: ‘AQSAM IL-FLIEGU B’XEJN’

PR0012
Date Icon 08/01/2009
Żieda ta’ 3.5% fil-passiġġierili qasmu bejn il-gżejjer fl-2008
Biex tfakkar it-30 anniversarju mit-twaqqiftagħha, il-Gozo Channel se tkun qed toffri passaġġi mingħajr ħlas għall-passiġġieri bejn Malta u Għawdex nhar il-Ħadd, 11 ta’ Jannar 2009. Dan ħabbru l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, u responsabbli mill-Gozo Channel, Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ta d-dettalji tal-attivitajiet li se jkunu qed ifakkru dan il-jum.
Fl-istess okkażjoni, il-Ministru Tonio Fenechħabbar li tul l-2008 kien hemm żieda ta’ 3.9% fil-passiġġieri u ta’ 5.0% fil-vetturi li qasmu bejn il-gżejjer meta mqabbla mal-2007. Fil-fatt, filwaqt li fl-2007 qasmu 3,795,121 passiġġier u 1,013,180 vettura, fl-2008 qasmu rekord ta’ 3,941,736 passiġġier u 1,064,207 vettura.
Barra mill-opportunità li wieħed jaqsam bejnil-gżejjer mingħajr ħlas (il-vetturi jħallsu n-noll normali) se jkun hemm ukoll divertiment live, mill-10 ta’ filgħodu sal-5 ta’ wara nofsinhar, fuq l-istess vapuri fejn fost l-oħrajn se jkun hemm il-kantanti Chiara u OzzyLino kif ukoll maġija interattiva u animazzjoni għat-tfal. Se jkunu organizzati wkoll tours qosra madwar il-vapur li se jkun ittrakkat fl-Imġarr mill-istaff tal-istess kumpanija.
Il-Ministru Tonio Fenech spjega li kien xieraqli jiġi mfakkar dan l-anniversarju ta’ kumpanija li sa mit-twaqqif tagħha kompliet tikber u toħroġ b’ideat innovattivi biex tespandi n-negozju tagħha u żżid in-numru ta’ turisti, lokali u barranin, li jaqsmu lejn Għawdex. L-akbar investiment fil-fatt kien sar fl-1995 meta l-kumpanija ddecidiet li kien wasal iż-żmien li tibdel il-vapuri tagħha bi flotta moderna li tkun tiflaħ għad-domanda tas-suq modern. Il-kumpanija varat 3 vapuri ġodda, l-M.V. Ta’ Pinu, l-M.V. Gaudos u l-M.V. Malita, li nbnew kollha f’Malta.
Dawn il-vapuri joperaw skeda bieżla li tibdamis-sigħat bikrin ta’ filgħodu u tintemm tard bil-lejl. Minħabba d-domanda dejjem tiżdied għas-servizzi ta’ bil-lejl, fis-sajf, il-Gozo Channel qed topera servizz li jinkludi vjaġġi tard bil-lejl u matul is-siegħat bikrin ta’ filgħodu biex b’hekk tkun qed tagħti servizz ta’ 24 kuljum.  Dan is-servizz qed jingħata wkoll matul ix-xhur tax-xitwa.
Tonio Fenech spjega wkoll li f’din l-okkażjonise tintalab donazzjoni mill-passiġġieri biex il-Gozo Channel tkun tista’ tiżra’ siġar b’kommemorazzjoni ta’ din l-okkażjoni.
Dan juri li l-kumpanija Gozo Channel hija waħdaproattiva li kienet kapaċi tagħraf il-bżonnijiet tas-suq biex sena wara l-oħra kompliet tikseb riżultati pożittivi għaliha filwaqt li ttejjeb il-kumdità u l-kwalità għall-benefiċċju tal-passiġġieri Maltin, Għawdxin kif ukoll barranin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow