STATEMENT BY PARLIAMENTARY SECRETARY FOR TOURISM, DR MARIO DEMARCO, IN CONNECTION WITH VISITS TO WORKERS IN THE TOURISM SECTOR
PR2072
31/12/2008
| Fiż-żminijiet tal-festi: Apprezzament għal dawk | li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu |
| “Iż-żjajar organizzati llum | mill-MHRA huwa mod tanġibbli kif nuru l-apprezzament tagħna lejn dawk li bil-fatti huma s-sinsla tal-industrija turistika tagħna – l-irġiel u n-nisa li ta’ kuljum, m’hemmx Ħdud u festi, bil-ħidma tagħhom jaqdu lil dawk il-barranin li jagħżlu lil pajjiżna bħala d-destinazzjoni għall-btajjel tagħhom.” |
| Dan qalu s-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu, l-On Dr Mario de Marco waqt numru ta’ żjajar f’lukandi u ristoranti fl-okkażjoni ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena. Huwa kien akkumpanjat mill-President tal-MHRA, s-Sur Kevin Decesare, ic-Chairman tal-MTA, is-Sur Sam Mifsud, il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, is-Sur Josef Formosa Gauci u l-Kap Eżekuttiv tal-MHRA, s-Sur George Schembri. |
| Huwa sostna li ħafna drabi | nitkellmu dwar il-prodott turistiku tagħna u nirreferu għall-indafa, il-faċilitajiet u lukandi, il-mużewijiet, l-infrastruttura, it-trasport pubbliku u diversi affarijiet oħra; imam hemm aspett ieħor tal-prodott turistiku, dak li bl-Ingliż jissejjaħ soft, i.e. ir-riżorsi umani, jew aħjar in-nies. |
| Dr de Marco qal li hemm aktar | minn 10,000 persuna impjegati full-time u aktar minn 9,000 persuna impjegati part-time mal-lukandi u r-ristoranti u li dawn huma kruċjali għall-ekonomija tal-pajjiż. Huwa żied jgħid li l-2008 se tkun sena oħra rekord bi kważi 1.3 miljun turist u aktar minn nofs miljun passiġġier tal-cruises li żaru pajjiżna; u li għaldaqstant dawn ir-riżultati jridu jkunu nkwadrati fil-kuntest tal-problemi internazzjonali li qegħdin u li se nkunu qed niffaċċjaw. |
| Is-Segretarju Parlamentari | qal fid-dawl ta’ dawn id-diffikultajiet, il-Gvern u l-MTA qed jaħdmu sabiex ikomplu jtejbu l-prodott turistiku tagħna. Dan minbarra li żdiedu l-fondi tal-MTA b’3.5 miljun ewro li se jintużaw għal aktar investiment u firxa fir-reklamar ta’ pajjiżna sabiex inkomplu nżidu l-load factor tal-vjaġġi eżistenti lejn pajjiżna u nibqgħu ntejbu l-aċċessibbiltà. |
| Dr de Marco qal li l-linja | tal-ajru EasyJet se tibda topera darbtejn fil-ġimgħa minn Newcastle, ir-Ryanair darbtejn fil-ġimgħa minn Bristol, u qed tistħarreġ aktar destinazzjonijet mir-Renju Unit u mill-Italja u l-iScandinavian Airlines (SAS) – se topera darbtejn fil-ġimgħa minn Stokkolma. Dan minbarra li l-Airmalta se tkun qed topera it-tnax-il ajruplani tagħha fis-Sajf li ġej. |
| Huwa kkonkluda billi qal li | f’dawn il-jiem tal-festi, jirringrazzja ‘l dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam, talli jaħdmu f’dan is-settur li f’dawn żminijiet iżommhom ‘il bogħod mill-familji tagħhom sabiex kemm il-Maltin u t-turisti jkunu nistgħu jiddeertu flimkien mal-familji tagħhom. |
| Iż-żjarat saru fil-Grand | Hotel Mercure, San Antonio f’Buġibba, fil-Marina Hotel, u d-Diplomat Hotel f’Tas-Sliema u Lulu Restaurant u r-Radisson SAS Baypoint f’San Ġiljan. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984