MessaĠĠ tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena mill-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi
PR2063
24/12/2008
Ħuti Maltin u Għawdxin,
| Il-Milied hu ċelebrazzjoni tal-valuri li aħna | l-Maltin u l-Għawdxin inħaddnu u li jagħmluna Maltin. Hemm ħafna valuri, imma llum nixtieq nitkellem b’mod speċjali fuq il-valur tas-solidarjeta’ u valur ieħor li jien insejjaħlu l-valur tal-kuraġġ. Dawn huma żminijiet li fiħ infakkru lilna nfusna li għandna ħafna affarijiet li jgħaqqduna u fil-fatt hemm ħafna affarijiet li jġibuna flimkien, milli affarijiet illi jaqsmuna minn xulxin. |
| Il-valuri li semmejtilkom huma valuri li | nħaddnuhom tul is-sena kollha u mhux f’ġurnata waħda biss. Pajjiżna huwa pajjiż fejn l-għażla li ngħinu lil xulxin f’mumenti ta’ diffikulta’ u sfida rajnieha mill-ġdid tul is-sena li wasalna biex nispiċċaw. |
| Il-valuri li jiddistingwu lilna l-Maltin u | l-Għawdxin u li jagħmluna nazzjon għandhom tifsira ferm akbar mir-rigali materjali li jingħataw matul dawn iż-żminijiet, mhux għax din mhix xi ħaġa sabiħa, għall-kuntrarju, imma forsi aktar mir-rigali materjali, naħseb l-akbar rigal li għandna huma preċiżament dawn il-valuri li semmejtilkom. |
| Qed niċċelebraw dan il-Milied fi żmien meta | d-dinja kollha għaddejja minn taqlib kbir ħafna, li qiegħed jinkwieta lil ħafna nies bħali, intom issegwu l-aħbarijiet u bħali tisimgħu dwar dawn il-problemi. |
| Quddiem dan kollu l-Milied jista’ jieħu tifsira | aktar qawwija. Jien personalment nemmen li l-Milied għalina jista’ jkun ħafna aktar minn okkażjoni biex naħarbu minn dan l-inkwiet u niċċelebraw ftit ġranet donnu qisu mhu qed jiġri xejn madwarna. |
| Jien bil-kuntrarju nemmen li f’dawn il-ġranet | għandna nifmhu iżjed minn qatt qabel il-bżonn li l-isfidi niffaċawhom u nagħmlu ħilitna lkoll flimkien biex nirbħuhom u m’hemm xejn li għandu jaqtalna qalbna. |
| L-ispirtu tal-Milied nistgħu ngħixuh tul is-sena | kollha. Huwa spirtu ta’ solidarjeta’ bejnietna, solidarjeta’ illi rridu nuruha l-iktar b’enfasi fuq dawk li jifilħu anqas minn oħrajn, fuq dawk li huma l-iktar dgħajfa fis-soċjeta’ tagħna L-ispirtu tal-Milied joħroġ, fil-kuraġġ meħtieġ, biex b’solidarjeta’ ġenwina niffaċċjaw il-problemi li jolqtuna. M’għadniex għalfejn naqtgħu qalbna, dan urejnih fl-imgħoddi bl-iktar mod qawwi. L-istorja tagħna l-Maltin hija karatterizzata kemm mill-kuraġġ li biħ niffaċċjaw id-diffikultajiet, kif ukoll mill-mod kif ngħelbu l-istess diffikultajiet billi ndawruhom f’opportunitajiet għall-familji tagħna, għall-ħaddiema tagħna, għalina nfusna, kollha kemm aħna. Dan nagħmluh ilkoll flimkien għax imsaħħin mill-valuri li fasslu u sawru lill-ġensna tul is-sekli. Valuri li xrobna minn xi ħaġa li għandna niftaħru biha, dak il-wirt nisrani muri tant tajjeb fit-tifsira ta’ din il-festa, li aħna nsejjħulha l-festa tal-Milied. |
| Fid-dawl ta’ dan kollu rridu li lkoll flimkien | inkomplu nibnu s-soċjeta’ tagħna fuq dawn il-valuri, is-solidarjeta’ li tintwera f’impenn mibni, u mhux f’diskors biss, impenn mibni fuq il-ġustizja soċjali, fuq kif nistgħu nqassmu l-ġid li pajjiżna joħloq, isir b’mod ġust, li tiġi ppremjata l-bżulija u li jitwieżnu dawk li l-aktar li għandhom bżonn. Is-solidarjeta’ tintwera meta dawk l-aktar fil-bżonn ikunu fil-qalba tal-ħidma kollha tagħna. |
| L-ispirtu tal-Milied jixprunana | biex immexxu s-soċjeta’ li aħna ngħixu fiha, msaħħa mill-valur ukoll li jien sejjaħtlu, il-valur tal-kuraġġ li nħarsu lejn il-ġejjieni b’tama u b’determinazzjoni li flimkien nirnexxu. Li flimkien nistgħu negħlbu l-isfidi li għandna quddiemna. Li flimkien dawn l-isfidi nistgħu verament indawwruhom f’opportunitajiet. Li qed ngħid mhux qed nivvintaħ bid-diskors, naħseb illi jekk nieqfu naħsbu ftit nirrealizzaw li għandna x’nuru li dan id-diskors sarrafnih flimkien bil-fatti. Ħa nfakkarkom, li din is-sena bdejniha billi rbaħna l-ikbar sfida li kellna fi żminijiet reċenti u li forsi fixklet pajjiżi oħrajn imma lil pajjiżna irnexxilna nirbħuha b’mod tajjeb u b’mod trankwill. L-isfida biex pajjiżna jdaħħal munita ġdida, il-munita Ewro. |
| Kellna sfida oħra, din is-sena kellna wkoll | l-Elezzjoni Ġenerali u għal darb’ohra l-poplu tagħna rnexxielu jagħmel l-għażla bil-kalma kollha imbagħad wara l-ħajja tagħna bħala pajjiż kompliet mingħajr skossi. Ħajja demokratika, b’saħħitha, b’ekonomija li kompliet tiżviluppa. Dawn ma kienux mumenti faċli, illum għax irbaħnihom forsi noħduhom ‘for granted’ imma jien inħares lejhom bħala mumenti oħrajn li urew li aħna kapaċi d-diffikultajiet nirbħuhom, l-isfidi indawwruhom f’opportunitajiet. Bil-fatti f’idejja ngħidu dan, u f’dan il-mument importanti li nenfasizzawh. |
| Iffaċċjajna bil-kuraġġ sfidi li kellna quddiemna | u rbaħnihom Insemmi wkoll sfidi oħrajn. Għandna bħalissa sfida, per eżempju li mmexxu b’mod tajjeb u b’sensittivita’ lejn il-familji wkoll, u l-familji milquta, anke’ l-proċess tal-privatizzazzjoni tat-tarzna. Insemmi riforma ohra li kienet ilha ġejja għal pajjiżna, ir-riforma fil-liġijiet tal-kera li rridu nagħmluha b’ħafna għaqal. Naħseb nista’ nsemmi wkoll b’kuraġġ se nkomplu nbiddlu s-sistema edukattiva, li aħna għandna f’pajjiżna, li diġa’ hija tajba ħafna u nsellem lil għalliema kollha, imma rridu nkomplu ntejbuha, inbiddluha billi nroddu t-tfulija lil uliedna ż-żgħar. Intuhom lura l-ġmiel tal-esperjenza tat-tfulija filwaqt illi jikbru fit-tagħlim. U allura rrid ngħid illi anke dak huwa sens ta’ kuraġġ kif niffaċċjaw l-isfidi li għandna ġejjin u li jinkludu wkoll sfidi li ser ikollna niffaċjaw biex l-ekonomija ta’ pajjizna tirbaħ il-mewġ li ġej minbarra l-pajjiż b’din il-kriżi ekonomika internazzjonali. Anke dak jitlob kuraġġ minnha lkoll. |
| Issa | dan naghmluh billi flimkien noħolqu u nwettqu inizjattivi, programmi illi jistgħu jgħinu biex f’pajjiżna nkattru l-ġid u nkattru x-xogħol. Anke dan ma rridux jibqa’ diskors fl-arja, diġa urejna fis-snin li għaddew illi meta naħdmu flimkien, iva nistgħu noħolqu opportunitajiet, noħolqu x-xogħol, nagħmlu lil dan il-pajjiż, pajjiż attraenti biex jiġbed l-investiment tal-Maltin pero’ anke tal-Barranin. |
| Ħalli nghid din ukoll, għax f’dan il-mument | naħseb illi huwa importanti ħafna, l-kuraġġ jgħinna napprezzaw li fid-dinja dominata mit-teknoloġija tal-komunikazzjoni ċ-ċokon ta’ pajjizna donnu jispiċċa għaliex l-internet jippermettilna nirbħu ċ-ċokon territorjali u nikkompetu mal-bqija tad-dinja, allura hija opportunita’. Il-kuraġġ tagħna huwa msejjes fuq il-ħafna kisbiet li għamilna u li rridu nkomplu nagħmlu bħala poplu Malti fis-snin li ġejjin. |
| It-triq quddiemna mhix għall-wita u ma rrid | nidħaq b’ħadd, l-isfidi hemm qegħdin, vera, imma quddiem dan kollu ma rridux nintilfu fil-biża u l-interessi ta’ xi settur jew ieħor, irridu infittxu l-aħjar għall-pajjiż, l-aħjar għall-familji kollha tagħna, l-individwaliżmu rridu nwarrbuh. Dejjem huwa importanti li nagħmlu hekk, dejjem huwa importanti li npoġġu l-interessi tal-pajjiż qabel kollox. Pero’ fiċ-ċirkostanzi li qed jiffaċjawna issa dan huwa l-mument fejn dan irid joħroġ b’aktar saħħa |
| Il-kuraġġ u s-solidarjeta’ biss | imexxuna ’l quddiem biex flimkien nirbħu l-isfidi li għandna quddiemna: tfal, żgħażagħ u kbar…. ħaddiema, dawk li jaħdmu għal rashom, sidien anke tan-negozji ż-żgħar u dawk li mhux tort tagħhom m’għandhomx xogħol. ….irġiel u nisa….. professjonisti u ħaddiema tal-id. …..studenti u għalliema ….. Gvern u Oppożizzjoni ….. insara u mhumiex….. imsieħba f’għaqdiet voluntarji differenti li minn xi daqqiet anke jidhru kontra xulxin…. unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tagħna, li tant għandhom rwol importanti f’pajjiżna u l-għaqdiet ta’ min iħaddem u ta’ min jaħdem ghal rasu …... dawk b’ħiliet differenti …… il-morda u dawk b’saħħithom …… Flimkien, ħadd minn din is-soċjeta’ ma jrid jibqa’ barra minn din il-mewġa li rridu noħolqu f’dan il-pajjiż biex inkomplu nirbħu l-isfidi li għandna quddiemna u b’kuraġġ. B’kuraġġ għax nafu li meta ħdimna hekk dejjem irbaħna, u meta ħdimna hekk dan il-pajjiż sarraf l-isfidi f’opportunitajiet għalina lkoll. |
| Il-festi tal-Milied juruna li dan kollu jista’ | jseħħ, jiġifieri aħna, aħna lkoll flimkien meta nwarrbu dak li jisseparana u niġu flimkien, allura aħna lkoll nistgħu nimxu lkoll flimkien. |
| L-ewwel u qabel kollox għandna nifmhu kemm aħna | bnedmin li għandna valur kull wieħed u waħda minnha. Ħadd minn din is-socjeta’ ma jista’ jibqa’ barra. Imbagħad irridu nifmhu lkoll li kull wieħed u waħda, aħna nistgħu nagħtu sehem … min sehem zgħir u min sehem kbir, min f’settur u min f’iehor. Sehem li x’aktarx nistgħu nagħtuh aħna biss u ma jistax jagħtih ħaddiehor. U allura ħadd m’hu sostitwibbli, kulħadd għandu rwol partikolari x’jagħti. J’Alla nkunu kapaċi bħala soċjeta’ nagħtu l-opportunita’ biex ikun hemm spazju għal kulħadd, biex ma jkunx hemm distinzjoni ta’ kulur politiku jew ta’ kapaċita’ anzi biex id-diżabilita’ ma nagħtux kasha u nfittxu biss l-abbilta’. Dak li aħna kapaċi nagħmlu, inkunu differenti minn xulxin, mela le anzi; id-differenza ta’ bejnietna ssaħħah lil din is-socjeta’, tagħtiha l-kuluri tagħha. Imma tibqa’ socjeta’ waħda, sħiħa fejn kulħadd jgħodd, kulħadd jagħmel differenza. |
| Aħna kollha kemm aħna għandna x’nikkontribwixxu, | mit-tfal zgħar li din is-sena għal darb’oħra pinġew il-kartolina tal-Milied li qed nibgħatu jien u Kate matul dawn il-ġranet biex inwasslu l-messaġġi tagħna f’dawn il-ġranet, messaġġ li fasluhulna, iddisinjawh it-tfal, pero’ jiena bħala Prim Ministru ma ddejjaqt xejn illi nħaddan u nwassal lil dan il-poplu tagħna. Qed nirreferi wkoll għall-ħaddiema kollha tal-id, il-professjonisti, l-ommijiet li jieħdu ħsieb uliedhom, u tant u tant oħrajn. Għalhekk fis-soċjeta’ li flimkien irridu nkomplu nibnu, hemm post importanti għalina lkoll, għal kull wieħed u waħda minna. |
| J’Alla dan il-Milied ikun Milied tajjeb u ħieni | għax ikun Milied li jixpruna dawk iż-żewġ valuri li semmejtilkom; is-solidarjeta’ ta’ bejnietna u l-kuraġġ f’ħidmietna u fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna. |
| F’isem il-Gvern u f’ismi, nawgura minn qalbi | il-Milied u s-Sena t-Tajba lilkom u lill-għeziez kollha tagħkom. Kate u jiena nitolbukom twasslu l-awguri personali tagħna lill-familji tagħkom u l-komunitajiet li fihom tgħixu. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984