Left arrow Go Back

Roħs fil-MIŻATI ta’ reġistrazzjoni u miżati annwali għall-KUMPANIJI ŻGħAR U MEDJI

PR2053
Date Icon 23/12/2008
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment, l-Onor. Tonio Fenech ħabbar roħs sostanzjali fil-miżati ta’ reġistrazzjoni u liċenzji annwali għall-kumpaniji żgħar u medji (SMEs) speċjalment meta dawn isiru b’formatt elettroniku. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Tonio Fenech qal li dawn il-miżati l-ġodda,jinkludu kemm żidiet kif ukoll traħħis u ntlaħaq qbil dwarhom wara konsultazzjoni wiesgħa mal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-banek, istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji ta’ assigurazzjoni, insurance brokers u kumpaniji ta’ insurance management, kumpaniji ta’ l-investiment u trustees. Filwaqt li l-aħħar reviżjoni saret ħames snin ilu, l-MFSA qed timpenja lilha nfisha li m’hu se titlob ebda bidla fl-istruttura tal-miżati sal-2014.
“Iż-żidiet jikkonċernaw l-istituzzjonijiet ta’kreditu u s-settur tar-reġistrazzjoni ta’ assigurazzjonijiet, trustees, eċċ. Dawn huma miżati għall-kumpaniji mhux fuq il-konsumatur. Madankollu, qed inħabbru wkoll traħħis konsiderevoli fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji u ħlasijiet annwali fejn għandna x’naqsmu mal-kumpaniji ż-żgħar l-SMEs.”
Il-Ministru Fenech spjega kif il-Gvern riedikompli bl-eżerċizzju kontinwu tiegħu, fil-perspettiva tal-Istrateġija ta’ Lisbona u l-impenn tiegħu favur l-SMEs, biex ikompli jnaqqas l-ispejjeż fuq l-intrapriża ż-żgħira b’konsiderazzjoni tar-rwol tagħhom bħala s-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjiżna.
Bir-rati l-ġodda kien hemm tnaqqis fil-miżatigħar-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji u partnerships kummerċjali ġodda b’authorisedshare capital jew kontribuzzjonijiet baxxi (anqas minn €1,500). L-aktar reġistrazzjoni baxxa kienet ta’ €349 li tniżżlet għal €245, u għal €210 f’każ ta’ reġistrazzjoni elettronika. Kien hemm tnaqqis fil-miżati annwali fejn qabel l-aktar waħda baxxa kienet ta’ €163 li tniżżlet għal €85 f’każ ta’ reġistrazzjoni elettronika tal-formola ta’ reġistrazzjoni annwali. Dan jaffettwa aktar minn 60% tal-kumpaniji Maltin u Għawdxin.
Il-Ministru tkellem ukoll fuq l-importanzatal-użu tar-riżorsi elettroniċi disponibbli  li jista’ jwassal għal iffrankar konsiderevoli għall-kumpaniji (sa 15%). L-MFSA wettqet investiment konsiderevoli biex tiżviluppa sistema elettronika iżda l-użu għadu pjuttost baxx.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow