FESTIVAL FOLKLORISTIKU F’ĦAL TARXIEN
PR2051
23/12/2008
| F’konferenza stampa li saret | illum, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ħabbar dettalji ta’ attivita’ li se ssir bil-kollaborazzjoni tal-organizzaturi tal-Malta International Folk Festival. |
| Nhar it-Tlieta 30 ta’ Diċembru fit-toroq ta’ Ħal | Tarxien se jsir defile’ bil-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha li se jieħdu sehem fil-Malta International Folk Festival. B’kollox fid-defile’ se jiehdu sehem madwar 400 delegat mill-Italja, minn Sqallija, minn Ċipru, mir-Russja, mis-Slovakkja, mil-Latvja, mill-Indja u mill-Armenja. |
| Dawn se jipparteċipaw bil-kostumi tradizzjonali | ta’ pajjizhom u se jkunu akkumpanjati minn banda Taljana komposta minn ħamsa u ħamsin persuna. L-attivita’ tibda’ fis-6.00 p.m. mill-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien. |
| Fit-tnedija ta’ dan id-defile’, is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said faħħar l-inizzjattiva tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien u qal li permezz ta’ din l-attivita’ se jkunu qed iwasslu l-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna lil delegati minn numru ta’ pajjizi oħra. Huwa qal li dan kollu se jservi ta’ reklam mill-aqwa għall-potenzjal tal-lokalitajiet tagħna. |
| Chris Said iddeskriva d-defile’ | bħala ċelebrazzjoni ta’ għaqda fid-diversita’. “Permezz ta’ din l-attivita’, aħna wkoll se nkunu qed nesperjenzaw kulturi oħra u fl-aħħar mill-aħħar dan se jkun festival ta’ diversita’ kulturali.” |
| Is-Segretarju Parlamentari | Chris Said qal li d-diversita’ kulturali u l-identitajiet distinti m’għandhomx iservu ta’ mezz ta’ izolament izda għandhom ikunu pont għall-għaqda. Huwa qal li l-attivita’ li se ssir f’Ħal Tarxien, hija eżempju ċar ta’ kif nistgħu nressqu kulturi differenti lejn xulxin u fl-istess ħin insaħħu l-identitajiet distinti. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni qal li l-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ l-attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex ghax dawn itejbu l-prodott lokali. Huwa faħħar lill-Kunsilli Lokali u qal li grazzi ghax-xogħol tagħhom, rajna zieda qawwija ta’ attivitajiet kulturali fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984