Left arrow Go Back

ESTIŻ IL-PERJODU TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IR-RIFORMA FIL-MIXJA MILL-PRIMARJA GĦAS-SEKONDARJA

PR2038
Date Icon 19/12/2008
"Il-Ministerutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport iddeċieda li jestendi b’xahar ieħor il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja, billi ħafna għaqdiet, assoċjazzjonijiet u individwi talbu li jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar id-Dokument Konsultattiv li permezz tiegħu kienet imnedija din ir-riforma."
Dan ħabbritu l-MinistruDolores Cristina f’diskors li għamlet dalgħodu fl-okkażjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla ta’ skola sekondarja ġdida fil-Mosta.
Il-Ministru Cristinaqalet li t-tqegħid tal-ewwel ġebla fil-bini ta’ skola ġdida hu dejjem avveniment sabiħ li jfisser li fi żmien qasir se jkollna skola ġdida, b’ambjent sabiħ u nadif li jilqa’ lit-tfal u li joffrilhom esperjenza edukattiva mill-aqwa.  Għalkemm il-bini waħdu ma jfisser xejn, min-naħa l-oħra, hu fatt li bini ġdid u sabiħ, f’ambjent miftuħ u mdawwal kif inhi l-iskola l-ġdida tal-Mosta fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina, jgħin biex l-iskola u dak li jsir fiha, jiġifieri t-tagħlim, ikun suċċess.
Matul id-diskorstagħha, l-Onor. Dolores Cristina qalet ukoll:
"Jekk il-lum nistgħuniftaħru li qed inpoġġu l-ewwel ġebla fis-sitt skola ġdida fl-aħħar ftit snin, dan hu mertu wkoll ta’ Louis Galea, l-ex Ministru tal-Edukazzjoni, li kellu l-viżjoni li ħoloq il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada li hi inkarigata mill-proġett tal-bini ta’ dawn l-iskejjel u li beda riforma mill-qiegħ fil-qasam tal-Edukazzjoni.  Għalhekk jixraqlu tislima u r-ringrazzjament tagħna lkoll.
Bħalissa l-qasamtal-edukazzjoni f’pajjiżna għaddej minn żminijiet eċitanti u interessanti ħafna.  Bħal-lum ġimgħa kellna l-aħħar minn sensiela ta’ għaxar laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika dwar dokument konsultattiv li varajna bi proposti għal bidla fil-mixja mill-iskola primarja għal dik sekondarja.
F’dawn l-aħħarġimgħat, uffiċjali mid-Direttorati Ġenerali tal-Edukazzjoni żaru d-disa’ Kulleġġi li għadna f’Malta u ieħor f’Għawdex biex jispjegaw il-ħsibijiet wara r-riforma li qed nipproponu.
Kienu laqgħatmill-aktar utli.  Kien ta’ sodisfazzjon kbir naraw eluf ta’ ġenituri jattendu flimkien biex jisimgħu dwar dawn ir-riformi li se jolqtu lil uliedhom.  Ġenituri li wrew interess kbir, esprimew id-diffikultajiet u l-biżgħat tagħhom, għamlu d-domandi li għadhom qed ifixkluhom, taw suġġerimenti u ngħataw tweġibiet għad-diffikultajiet u l-ansjetajiet tagħhom. L-għalliema wkoll tkellmu u għaddew is-suġġerimenti tagħhom.
Dan kien eżerċizzjuta’ konsultazzjoni bis-serjetà.  Għalkemm il-Kummissjoni li ħejjiet id-Dokument ta’ Konsultazzjoni kellmet mijiet ta’ persuni qabel fasslet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha, xorta waħda ridna u għadna lesti li nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu dawk kollha li huma interessati fil-qasam edukattiv ta’ pajjiżna.
Waslulnamijiet ta’ lmenti u suġġerimenti.  B’mod ġenerali nista’ ngħid li r-reazzjoni pubblika kienet favorevoli. Se nkomplu nistiednu kummenti u suġġerimenti sa nofs ix-xahar id-dieħel.  Umbagħad jibda proċess ieħor biex dawn is-suġġerimenti jkunu evalwati u kkunsidrati biex wara titfassal proposta konkreta għal kif irridu li jkun il-passaġġ mil-livell primarju għal dak sekondarju. Fil-fatt iddeċidejna li nestendu l-perjodu ta’ konsultazzjoni b’xahar ieħor, jiġifieri sa nofs Frar biex inkomplu nilqgħu l-kummenti u s-suġġerimenti ta’ dawk interessati.
Aħna rridu li dintkun mixja bla skossi.  Irridu sistema li toħroġ it-tajjeb tat-tfal kollha tagħna.  U t-tfal kollha għandhom affarijiet tajbin. Irridu li mit-tfal tagħna nagħmlu ġuvintur u tfajliet b’personalità kompleta u mhux robots li jistudjaw biss għall-eżamijiet.
Irridu li t-tfaltagħna kollha jmorru aħjar. Lil dawk li diġà kisbu ħiliet u kompetenzi rridu ngħinuhom biex ikomplu jimxu ’l quddiem.  Lil dawk li għandhom bżonn għajnuniet f’oqsma partikolari biex huma wkoll imorru aħjar, irridu nkunu f’pożizzjoni nagħtuhom din l-għajnuna malajr kemm jista’ jkun appena nindunaw bil-ħtieġa għaliha.
Ma rridux nibqgħunittimbraw lil terz tat-tfal tagħna, bħallikieku huma tfal tat-tieni klassi li mhuma tajba għalxejn kif sfortunatament ġara sal-lum.  U ma rridux li dawk li jirnexxu jagħmlu dan billi jissagrifikaw u jitilfu t-tfulija tagħhom għax is-sistema tridhom biss jistudjaw, jistudjaw u jkomplu jistudjaw.
Naturalment dinir-riforma se titlob investiment qawwi fil-qasam tal-edukazzjoni mhux biss fil-bini u titjib ta’ skejjel, imma wkoll investiment qawwi fl-iżvilupp professjonali u aktar taħriġ għall-għalliema tagħna.  Diġà mill-Università l-għalliema tagħna jkunu mħarrġa biex jieħdu klassijiet bi tfal b’ħiliet differenti.  Iżda nagħrfu wkoll il-ħtieġa għal aktar taħriġ.  U għalhekk fil-budget ta’ din is-sena vvutajna aktar minn 4 miljun ewro għal dan l-iskop.
Flimkien ma’ dawnir-riformi, mexjin ukoll b’tibdil ieħor li jrid jikkumplimenta din ir-riforma biex ikollna s-suċċess li nixtiequ.  Qegħdin fil-proċess li naġġornaw il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali u li naġġornaw il-politika dwar l-Iskejjel Speċjali.
Qed niżviluppawukoll sistema li tippermettielna nintervjenu fis-snin bikrija tat-tfal tagħna meta dawn ikollhom bżonn għajnuniet u servizzi partikolari.  Ħadd mit-tfal tagħna mhu għar-rimi. Għalhekk irridu nkunu pronti biex ngħinu lil dawk li juru minn kmieni li għandhom bżonn xi tip ta’ għajnuna.
Se nibdlu wkolliċ-ċertifikat li nagħtu lit-tfal tagħna fi tmiem l-iskola.  Irridu li dan ikun jirrifletti mhux biss il-ħiliet akkademiċi tat-tfal iżda ħiliet oħra li jiksbu tul ħajjithom kemm fl-iskola kif ukoll barra minnha.
Aħna impenjati  udeterminati biex naslu.  Iżda dan ma nistgħux nagħmluh weħidna.  Ħemm bżonn l-għajnuna ta’ kulħadd. Tal-amministraturi, tal-għalliema, tal-ġenituri u tat-tfal infushom. Jekk naħdmu lkoll flimkien u niġbdu ħabel wieħed inkunu nistgħu nagħtu futur aħjar lil uliedna u lil pajjiżna."
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow