Left arrow Go Back

IL-PUBBLIKU F’LINJA DIRETTA MA’ JASON AZZOPARDI

PR2036
Date Icon 18/12/2008
Numru ta’ nies jitkellmumas-Segretarju Parlamentari f’linja diretta miftuħa apposta.
Illum bejn il-5:00 u s-7:00, is-SegretarjuParlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi irrisponda personalment numru ta’ telefonati fuq il-linja tat-telephone 2295 3888 f’eżerċizzju ta’ kuntatt mal-pubbliku.
Din l-inizjattiva, l-ewwel waħda minn sensiela,tagħti l-opportunita’ lil membri tal-pubbliku biex jitkellmu ma’ Jason Azzopardi, u jgħaddulu kummenti, suġġerimenti, ilmenti u osservazzjonijiet.  Din l-inizjattiva ntlaqat tajjeb mill-pubbliku li rrikorra bi ħġaru għal din l-opportunita’.
Jason Azzopardi huwa magħruf li anke fil-karigata’ Segretarju Parlamentari iżomm kuntatt kontinwu man-nies għax tassew jemmen li l-politika tmur id f’id mal-kuntatt u mad-djalogu.  Din il-linja tat-telephone diretta ma’ Jason Azzopardi hija għodda oħra li tixhed dan it-twemmin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow