IL-PRESEPJU NAPLITAN F’PALAZZO FERRERIA
PR2031
18/12/2008
| Il-Presepju Naplitan tas-seklu XVII din is-sena | se jkun għall-wiri fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta (Faċċata tas-sit tat-Teatru Rjal). |
| Għal din is-sena dan il-presepju se jkollu | xenarju ġdid bil-fuq minn 140 figura, minbarra l-annimali u l-aċċessorji li huma kollha Naplitani, oriġinali u antiki. Għall-wirja ta’ din is-sena se jkunu esebiti 20 figura ġdida. Il-fiġuri tal-Presepju Naplitan jirrapreżentaw in-nies ta’ Napli bil-karatteristiċi tagħhom kollha. |
| Il-kompożizzjoni tal-Presepju Naplitan | normalment tikkonsisti fi tliet xeni narrattivi. Dawn l-episodji narattivi tal-presepju jduru mal-parti ċentrali magħrufa bħala l-mistero. It-twelid ta’ Ġesu Bambin fi fdalijiet ta’ tempju Ruman li jissimbolizza l-waqa’ tal-paganiżmu u t-twelid tal-Kristjaneżmu. L-episodju l-ieħor juri t-tħabbira tat-twelid lir-rgħajja mill-anġlu li jwassal il-bxara t-tajba. Ix-xena l-oħra turi t-taverna fejn il-pasturi marbuta ma’ dan l-episodju juru karattri f’atmosfera brijjuża. |
| F’dan il-presepju naraw ukoll żewġ xeni oħra: | dik tal-pont li tissimbolizza l-mixja lejn id-dehra tas-Salvatur u dik tal-funtana b’elementi arkitettoniċi Barokki li jagħmlu dan il-presepju aktar rikk. |
| Dawn l-episodji narrattivi huma kompluti b’għadd | t’annimali, oġġetti gastronomiċi u minjaturi magħrufa bħala finimenti li jagħmlu x-xena iżjed reali u dettaljata. |
| Il-Presepju Naplitan se jkun miftuħ | għall-pubbliku minn nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet huma dawn li ġejjin: |
· Il-Ħadd 21 ta’ Diċembru: 1000 – 1200 / 1700 – 2000
· Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru: 1800 – 2000 (minbarra l-Ħamis 25 ta’ Diċembru)
· Is-Sibt 27ta’ Diċembru: 1000-1300 / 1700 – 2000
· Il-Ħadd 28ta’ Diċembru: 1000 – 1200 / 1700 – 2000
· Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Diċembru: 1800 – 2000
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984