IL-MINISTRI TAL-FINANZI F’ĦIDMA BIEX JANTIĊIPAW KRIŻIJIET FINANZJARJI FUTURI
PR2027
18/12/2008
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għall-Pariġi, fejn se jipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri. |
| Waqt l-ECOFIN, il-Ministri se | jiddiskutu kif jistgħu jtejbu l-ħila tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri biex jagħrfu diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji madwar id-dinja bit-twaqqif ta’ sistema ta’ twissija minn kmieni, ibbażata fuq koperazzjoni aktar mill-qrib mal-Fond Monetarju Internazzjonali u mal-Financial Stability Forum. Waqt il-laqgħa se jkun diskuss ukoll il-programm tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2009 kif ukoll ir-riżorsi tal-Fond Monetarju Internazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984