Left arrow Go Back

JINĦATRU TLETT ASSISTENTI KUMMISSARJI U SEBA’ SUPRETENDENTI ĠODDA FIL-KORP TAL-PULIZIJA

PR2026
Date Icon 17/12/2008

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici kmieni llum wara nofsinhar ta l-ittra tal-ħatra lil tliet Assistenti Kummissarji u seba’ Supretendenti ġodda fil-Korp tal-Pulizija.

F’diskors qasir qabel l-għoti tal-ittrital-ħatra, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern qal li kien tassew opportun li dawn il-ħatriet ġodda ngħataw f’jum il-festa ta’ Sant’ Ivo, il-qaddis protettur tal-avukati. “L-uffiċjal tal-pulizija ukoll għandu d-dmir li jħaddem il-liġi u l-ġustizzja li huma l-għoddod kruċjali li bihom nistgħu inżommu l-ordini fil-pajjiż,” qal il-Ministru.
Il-Ministru Mifsud Bonnici feraħ lill-AssistentiKummissarji u Supretendenti ġodda għall-kisba tal-ħatra tagħhom għax dan ifisser li huma kienu jimmeritawha. Hu fakkarhom fir-responsabilità akbar li din ser iġġib magħha u fl-importanza li issa aktar minn qatt qabel, huma jkunu ta’ eżempju u mudell għall-uffiċjali u kuntistabbli li ser ikunu responsabbli għalihom.
L-Assistenti Kummissarji maħtura llum kienuBartholomeo Mula, Dr Antoine Casha B.A., LL.D u Pierre Calleja filwaqt li Dr Dominic Micallef B.A.. LL.D., Stephen Gatt, Silvio Valletta, Paul Vassallo, Paul Caruana B.A.(Hons.) (Crim.), Alexander Zarb u Josef Petroni ngħataw il-ħatra ta’ Supretendent.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow