Tfal Għawdxin fl-atmosfera ta’ Betlem
PR2014
16/12/2008
| Betlehem f’Għajnsielem hija attrazzjoni unika li | qed tittella’ għall-ewwel darba fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Passi fil-limiti tar-raħal ta’ Għajnsielem, Għawdex. Din l-attivita’ qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem b’kollaborazzjoni ma’ l-għaqdiet kollha tar-raħal bil-parteċipazzjoni ta’ għadd kbir ta’ voluntiera, tfal u żgħażagħ, li ħadmu għal dawn l-aħħar xhur biex jaraw din il-ħolma ssir realta’ fir-raħal tagħhom, fuq idea tas-sur Franco Ciangura. |
| Permezz ta’ din l-inizjattiva inħoloq ambjent | tipiku, li għandu l-għan li jfakkar lil dawk kollha li jżuruh fl-ambjent ta’ Betlehem fi żmien il-Milied. Għoxrin tomna raba’ li kienet mingħajr użu, ġiet trasformata f’attrazzjoni unika li qegħda tiġbed numru ta’ viżitaturi kemm Għawdxin kif ukoll Maltin u turisti. |
| Din | kienet l-atmosfera waqt waħda mill-attivitajiet konnessi ma’ dan l-avveniment, hekk kif qiegħed joqrob dejjem aktar il-jum tal-Milied. Din l-attivita’ kienet dik organizzata speċifikament għall-istudenti li qegħdin jattendu l-iskejjel fi ħdan il-Gozo College, flimkien ma’ oħrajn li jattendu l-iskejjel tal-Knisja. Dawn l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jidħlu aktar fl-atmosfera tal-Milied akkumpanjati mill-għalliema u anke xi ġenituri. Tfal li jattendu s-sitt sena fl-iskola primarja ta’ Għajnsielem fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex animaw il-presepju flimkien ma’ atturi oħrajn residenti f’Għajnsielem. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono flimkien mas-Sinjura Kate Gonzi, żaru dan il-villaġġ waqt li kienet għaddejja din l-attivita’. Huma kienu akkumpanjati mis-sindku ta’ Għajnsielem, is-sur Francis Cauchi flimkien ma’ l-Arċipriet ta’ Għajnsielem, Mgr. Frankie Bajada. Kien hemm ukoll rappreżentanti mill-qasam edukattiv f’Għawdex, fosthom il-prinċipal tal-Kulleġġ Chev. Frank Gatt kif ukoll is-sinjura Carol Debono mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-iskejjel fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi. |
| Il-Ministru Debono flimkien mas-sinjura Gonzi | daru l-inħawi fejn setgħu jaraw xeni li huma ta’ attrazzjoni partikolari fosthom l-għar tar-rgħajja, ħwienet tal-mastrudaxxa, ħaddied, furnar, suq bil-ħaxix u l-frott kif ukoll razzett bl-annimali. Bla dubju l-attrazzjoni prinċipali hija l-grotta ta’ Betlem li fiha tilqa’ lil San Ġużepp, il-Madonna u lil Gesu’ tarbija. L-atmosfera kienet kumplimentata mir-reazzjoni tat-tfal kif ukoll mill-preżenza ta’ persuni b’diżabilita’, gruppi ta’ anzjani mir-residenza Sant’Anna u kif ukoll mit-taqsima anzjani rġiel fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn, flimkien ma’ l-istudenti li attendew għal din l-attivita’, inġabru madwar il-grotta fejn iltaqgħu mal-Ministru u s-sinjura Gonzi. |
| Betlehem f’Għajnsielem kienet ġiet inawgurata | mill-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi, fis-6 ta’ Diċembru. L-attivitajiet ilhom għaddejjin minn dak inhar u ser jibqgħu miftuħin sas-Sibt 4 ta’ Jannar 2009. Minn barra x-xena tipika tal-Milied, attivitajiet oħra qed ikunu organizzati fit-tinda mwaqqfa apposta fi pjazza żgħira fil-qrib. |
Filwaqt li l-villaġġ tal-Milied qed jinfetaħ kuljum, l-attivitajiet animati jinżammu fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.ghajnsielem.com jew mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem fuq in-numru 21561515. Huwa maħsub li minbarra ma’ l-Għawdxin din l-attivita’ ser tkun attrazzjoni unika għal bosta Maltin li jaqsmu lejn il-gżira ta’ Għawdex matul il-festi li ġejjin.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984