RAPPORT ANNWALI TAL-AWDITUR ĠENERALI GĦAS-SENA 2007
| L-Awditur | Ġenerali ppreżenta r-Rapport Annwali għas-sena 2007. Dan jidentifika numru ta’ materji li hemm bżonn jiġu indirizzati mill-entitajiet involuti biex jiġi assigurat użu aħjar mill-fondi pubbliċi u biex jingħata servizz aħjar liċ-ċittadin. |
| Wara analiżi tar-Rapport | Finanzjarju għas-sena 2007, fost l-oħrajn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika nnota li: |
o hemm bżonn titjib fis-sistemi ta’ analiżi tad-differenzi bejn dak li kien hemm stmat għas-sena 2007 u dak li fil-fatt seħħ sa tmiem is-sena f’livelli Ministerjali u Dipartimentali;
o tranżazzjonijiet datati 2008 irrapportati bi żball fis-sena finanzjarja 2007;
o interessi ta’ debenture u ħlasijiet lura ta’ self jidhru li tħallsu minn korporazzjoni pubblika meta fil-fatt kien il-Gvern li għamel dan;
o ma setgħetx tiġi żgurata l-kompletezza tar-rapportaġġ dwar Dikjarazzjonijiet ta’ Investimenti u Dikjarazzjonijiet ta’ Abandoned Claims, Telf ta’ Flus u Provvisti mħassra; u
o l-fond pubbliku għall-perjodu Ġunju 1992–Diċembru 2001 kif jidher fil-kotba tat-Teżor u dawk tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu ma ġiex rikonċiljat.
| Għas-sena 2007, | numru ta’ Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet naqsu li jibagħtu r-Return annwali tal-arretrati lit-Teżor. |
| Ġew innotati | nuqqasijiet f’dak li hu ċċekkjar mis-Sezzjoni tas-Salarji fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qabel il-ħruġ tas-salarji tal-Konsulenti/Advisers part-time mad-Dipartimenti kollha tal-Gvern. Hemm nuqqas ta’ kontroll tax-xogħol attwalment imwettaq mill-Konsulenti/Advisers part-time. |
| Ir-Rapport dwar | is-Safar fuq Xogħol Uffiċjali tal-Gvern jagħmel riferenza għal diversi ċirkularijiet tal-Ministeru tal-Finanzi relatati ma’ safar, partikolarment iċ-Ċirkulari MFIN 1/2008, li jindirizzaw konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet relatati li qajjem l-Awditur Ġenerali fir-Rapporti preċedenti tiegħu. |
| Riżultati li | ħarġu minn verifika li saret fuq il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali – l-ewwel klassi (1998 u wara) - fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni nisslu tħassib, partikolarment: |
o nuqqas ta’ miżuri ta’ nfurzar biex jinġabru ammonti pendenti tas-Sigurta’ Soċjali;
o nuqqas ta’ monitoraġġ sew li jassigura li kull ftehim ta’ pagament dovut ikun onorat; u
o d-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jikkwantifika l-ammonti li għandu jieħu mingħand min iħaddem.
| Minn studju li | sar fuq Rapporti ta’ Verifika u l-ittri relatati bil-kummenti tal-awdituri tal-Gvern Lokali, sottomessi lill-Kunsilli Lokali kollha, ħarġu riżultati li wrew ċertu nuqqas ta’ kontabilita’ speċjalment dwar amministrar ta’ fondi pubbliċi f’ċerti Kunsilli. |
| Sakemm kienet qed | issir il-verifika tal-Kunsilli Lokali l-ebda Rapport ta’ Verifika tal-Kumitati Konġunti ma kien disponibbli. Sallum ma teżisti l-ebda leġislazzjoni li tirregola s-sottomissjonijiet tar-Rapporti Finanzjarji tal-Kumitati Konġunti. Għalkemm disa’ Kunsilli Lokali kellhom bidla fis-Segretarju Eżekuttiv, f’żewġ każi biss instab li saret il-verifika ta’ nofs it-term. |
| Jinħtieġ li s-sistema | użata llum fir-rigward ta’ reġistrazzjoni tal-armi ssir iżjed effiċjenti. Dan biex jitneħħew ċerti bilanċi antiki, inklużi dawk li jidhru fir-return tal-arretrati ta’ dħul mil-liċenzji. |
Verifika tal-I.T. fil-Qrati tal-Ġustizzja ufid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni kienu jinvolvu l-kontrolli Entity Level u t-tfassil ta’ Business Continuity fir-rigward tal-I.T. Dawn il-verifiki kienu meħtieġa biex jiġi determinat jekk l-istrateġija użata mill-Ministeri, dejjem fejn jidħol l-I.T, kinitx fid-direzzjoni mixtieqa kif ukoll jekk l-information management u l-ipproċessar kienx skont il-proċeduri mfassla. Kien evalwat ukoll it-tfassil fl-I.T., tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern, fir-rigward ta’ Business Continuity, fl-eventwalita’ ta’ ħsara minħabba xi diżastru. Il-verifika fl-I.T. identifikat il-bżonn ta’ titjib konsiderevoli fl-ippjanar f’dawn iż-żewġ ħidmiet. Il-proċess tal-ippjanar fl-istrateġija tal-I.T. fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u t-tfassil ta’ Business Continuity jeħtieġ li jissaħħaħ.
| Verifika fuq id-Diviżjoni | tal-Edukazzjoni żvelat li s-Sezzjoni tat-Trasport tal-Iskejjel (STS) kienet nieqsa mis-segregazzjoni ta’ dmirijiet. Nuqqas ta’ kontrolli fis-sistema rriżultaw fi ħlasijiet żejda. Ġie nnutat ukoll li mhux kull ma kien hemm fil-kuntratti għal dan is-servizz kien qed jitwettaq. L-estimi għall-provvediment fir-rigward ta’ Trasport tal-Iskejjel ġew eċċeduti. |
| Il-ksib | tas-servizzi għat-Trasport ‘Speċjali’ għal studenti fi skejjel ordinarji mhux dejjem kien skont ir-regolamenti eżistenti. Min ħa l-offerta l-ġdida baqa’ jibgħat kontijiet lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, b’rati tal-kuntratt antiki li kienu ogħla. |
| Verifika tal-log | books,tal-karozzi għall-użu komuni tal-impjegati fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, żvelat li xi uffiċjali kienu qed jużaw vetturi wara l-ħinijiet tax-xogħol. |
| L-aċċessorji tan-network | tal-I.T., li għandhom jidhru bħala assi fissi tanġibbli ma kinux inklużi fid-dokumenti tal-inventarju tal-Ministeru għal Għawdex. Irriżulta wkoll li fl-inventarju ma hemmx audit trail adegwata ta’ numru ta’ oġġetti oħra mixtrija fis-sena 2006 mill-Vot tal-Ministeru għan-nom ta’ dipartimenti oħra. L-inventarju jinkludi apparat jew affarijiet ma jaħdmux, li huma 11% tal-valur totali tal-inventarju, hekk kif irrappurtat mid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi. |
| Waqt verifika | fid-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet qamu diversi kwistjonijiet, relatati l-iżjed mar-reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda inklużi dawk li huma intitolati għal skont jew eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni. |
| Waqt verifika | fid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ġie nnotat in-nuqqas ta’ reviżjoni perjodika tal-files tal-benefiċċji għall-Assistenza waqt mard. |
| In-nuqqas ta’ | segregazzjoni ta’ dmirijiet fl-Ambaxxata Maltija f’Pariġi wkoll ġie nnottat. L-ammont sħiħ ta’ flus miġbura għan-nom tal-Gvern ma setax jiġi kkonfermat minħabba nuqqas ta’ informazzjoni dokumentata. Inħass il-bżonn li jiġu riveduti l-linji ta’ gwida amministrattivi, maħruġa mill-Uffiċċju Prinċipali tal-Missjonijiet Maltin barra minn pajjiżna. |
| L-Uffiċċju | Ċentrali għall-Kollegamenti (CLO), fi ħdan id-Dipartiment tal-VAT, għandu aċċess dirett, permezz ta’ sistema kkompjuterizzata ta’ Bdil ta’ Informazzjoni dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VIES), għad-database tar-reġistrazzjoni tal-VAT tal-Istati Membri. Nuqqasijiet f’dak li hu kontroll ta’ Recap statements, id-dħul tagħhom fil-kompjuter u rikonċiljazzjoni wkoll ġew innotati. |
| Waqt Verifika fuq | l-Effettivita’ li saret bħala follow up tal-pubblikazzjoni tar-Rapport Acquisition of Property by Government fis-sena 2004, instab li l-aktar żvilupp sinifikanti kien id-dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Ordinanza tal-Ksib ta’ Propjeta (LAO) li sawru l-proċess tal-akkwist t’artijiet. Madanakollu, ammonti ta’ flus dovuti, f’każ t’akkwisti li saru qabel l-emendi lil-LAO fis-sena 2003, ikomplu joħolqu diversi sfidi serji. Il-proċess tal-akkwisti ta’ propjeta’ għadu mhux sostnut kif suppost b’sistema ta’ min joqgħod fuqha ta’ management information. Hemm bżonn ukoll ta’ iżjed policies u linji ta’ gwida ċari u dokumentati. |
| Verifika li saret | fid-Dipartiment tal-Pulizija, fir-rigward ta’ salarji, żvelat numru ta’ nuqqasijiet, fosthom kalkoli żbaljati ta’ dħul supplimentari, bonuses u leave tal-mard. Dan ġara minħabba li aġġustamenti fil-pagi għadhom jiġu kkalkulati b’mod manwali qabel jintbagħtu lit-Teżor. |
Ir-Rapport sħiħ jidher mis-16 ta’ Diċembru 2008 fis-Sit Elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: http://www.nao.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984