Left arrow Go Back

JOSEPH EBEJER SE JINĦATAR IL-KUMMISSARJU TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

PR2006
Date Icon 15/12/2008
Is-Sur Joseph Ebejer se jinħataril-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data.   Din il-ħatra se ssir wara li llum hu aċċetta li jservi f’din il-kariga.
Il-ħatra ta’ Joseph Ebejer sessir fuq rakkomondazzjoni tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.  Il-Prim Ministru kkonsulta wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data l-ġdid.
Bħalissa Joseph Ebejer jokkupal-kariga ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali.  Wara l-aċċettazzjoni min-naħa tas-Sur Ebejer se jibda l-proċess biex jinħatar fil-kariga minn Jannar 2009.
Joseph Ebejer daħal fis-ServizzPubbliku f’Ġunju 1965 u beda s-servizz tiegħu fl-Uffiċċju Distrettwali ta’ Bormla fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.  Huwa serva fl-istess Dipartiment f’diversi sezzjonijiet u livelli differenti, sal-livell ta’ Assistent Direttur, bejn l-1965 u Settembru 1994. Tul dan il-perijodu, Joseph Ebejer mexxa s-Sezzjoni tal-Allowances tat-Tfal u kien responsabbli għall-bidla tas-sistema tal-assessjar u l-pagament ta’ dawn l-allowances minn waħda manwali għal waħda komputerizzata. Din kienet l-ewwel sistema komputerizzata fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Tul dawn is-snin serva wkoll fuq diversi kumitati, fosthom l-Internal Audit Advisory Committee, il-Kumitat Inter-Ministerjali dwar ir-Relazzjonijiet ta’ Malta mal-UE u fuq il-Kumitat għall-Proġett tal-Komputerizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
F’Settembru 1994, Joseph Ebejerinħatar Direttur (Reġistrazzjoni Ċivili) fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u l-Iżvilupp Soċjali, fejn kien responsabbli mill-Uffiċċju tal-Passaporti u l-Uffiċċju tal-Istatus Ċivili, kif ukoll mit-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ Sistema ta’ Database Komuni (CdB). Hu introduċa sistema komputerizzata għall-ħruġ ta’ passaporti.  F’Ġunju 1999 ġie maħtur Direttur (Politika u Ppjanar) fi ħdan il-Ministeru tal-Intern.
Joseph Ebejer ġie maħturSegretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali f’April 2000.
Joseph Ebejertwieled f’Raħal Ġdid fit-2 ta’ Novembru 1948.  Huwa miżżewweġ lil Josephine imwielda Cachia u għandhom żewġt itfal, Fleur Marie u Jean Paul

+josephebejer.jpg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow