INDIRIZZ MILL-E.T. DOTT. EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA, FL-OKKAŻJONI TA’ JUM IR-REPUBBLIKA - SALA TAL-GRAN KUNSILL, IL-PALAZZ, VALLETTA - IS-SIBT, 13 TA’ DIĊEMBRU 2008
PR1995
13/12/2008
| Din hija | l-ħames u l-aħħar darba li, bħala President ta’ Malta, qiegħed nippresjedi din iċ-ċerimonja li fiha jingħata ġieħ lil numru ta’ persuni li ddistingwew ruħhom bil-ħidma tagħhom f’diversi oqsma tal-ħajja b’risq artna. Jien inħobb niddeskrivi l-Presidenza bħala osservatorju ewlieni tal-evoluzzjoni politika, soċjali, ekonomika u kulturali tas-soċjetà Maltija. |
| Dawn | il-ħames snin raw is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-ewwel passi tagħha fi proċess ta’ integrazzjoni sħiħa f’dak kollu li tfisser l-Unjoni. Dħalna fiż-żona tal-Ewro mingħajr skossi. Ninsabu fiż-żona Schengen. Adottajna, tista’ tgħid, ir-regoli kollha tal-Unjoni u dan kollu, minkejja diffikultajiet, qed jissarraf f’ġid wiesa’ għall-Poplu tagħna. |
| Għall-għaxar darba, mill-kisba tal-Indipendenza | ’l hawn, il-poplu eżerċita d-dritt sovran li jagħżel il-mexxejja tiegħu f’elezzjoni ġenerali li saret aktar kmieni din is-sena u għal darba oħra wera maturità demokratika minkejja l-qasma min-nofs tal-elettorat. Nistqarr li f’dawn il-ħames snin, u b’mod partikolari dan l-aħħar innotajt żvilupp pożittiv ta’ kif il-politiċi qegħdin ifittxu tabilħaqq il-ġid komuni. Nawgura li l-pajjiż ikompli jitmexxa f’din it-triq. |
| Is-sena | se tagħlaq fuq nota ta’ pessimiżmu dwar l-ekonomiji ta’ ħafna pajjiżi kemm għall-qagħda attwali kif ukoll għal dak li huwa previst għas-sena d-dieħla. Il-pajjiżi tal-istess Unjoni Ewropea teknikament jinsabu fi stat ta’ riċessjoni. Dan qiegħed iġiegħel lill-mexxejja tal-pajjiżi janalizzaw bir-reqqa x’seta’ wassal għall-għawġ finanzjarju u ekonomiku. |
| Mhux waħdi | li naħseb li kawża ewlenija ta’ din is-sitwazzjoni hija l-fatt li spiss operaturi finanzjarji u ekonomiċi qegħdin jiġu xprunati wisq minn motivazzjoni egoista ta’ qligħ esaġerat u ta’ malajr, mingħajr regoli li jassiguraw li s-suq ħieles ma jitlifx id-dimensjoni soċjali. Ekonomisti u politiċi li ppjanaw it-tkattir kbir fl-ekonomija tal-Ewropa wara l-aħħar gwerra, bħal Ludwig Erhard fil-Ġermanja, kienu jitkellmu fuq is-Social Market Economy aktar milli fuq il-Free Market għaliex kienu jistqarru li l-iskop ewlieni ta’ kull attività għandu jkun l-iżvilupp tal-persuna umana fid-dinjità tagħha fil-qafas tal-ġid komuni. |
| F’Malta | għad għandna sens qawwi ta’ solidarjetà iżda jinħtieġ li bid-deċiżjonijiet li nieħdu niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura u li t-tiġdid li jrid isir ikun tabilħaqq għal ġid komuni. |
| F’dawn il-ħames | snin kelli esperjenzi sbieħ ta’ kemm il-Poplu Malti għadu essenzjalment jagħraf u jgħożż il-valuri tradizzjonali Nsara tagħna: dawk tal-familja, tal-onestà, tal-bżulija, tas-solidarjetà. Rajt ukoll b’għajnejja, iżda, li t-tnawwir ta’ dawn il-valuri qiegħed joktor. |
| Dawn il-persuni | li sa nagħtuhom ġieħ illum bl-iskrizzjoni tagħhom fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jagħtu prova li s-soċjetà tagħna għadha b’saħħitha. |
| Nirringrazzja lilkom u lil dawk kollha li b’ħidmithom | ikomplu jagħmluna kburin li aħna Maltin. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984