Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR IL-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI U STUDJI XJENTIFIĊI RIGWARD IL-PROĠETT PROPOST FL-GĦADIRA

PR1992
Date Icon 12/12/2008
Serjeta’ mill-Gvern fil-Każtal-Proġett Propost tal-Għadira
L-Oppożizzjoni Laburista qed tikkonferma li mafehmet xejn dwar kif fil-każ tal-proġett propost għall-inħawi ta’ l-Għadira, il-Gvern qed jimxi b’serjeta kbira. Dan billi li l-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni ilu minn Ġunju bil-proċess ta’ konsultazzjoni; u aktar minhekk, il-Gvern iddikjara li se jsiru l-istudji kollha ambjentali u xjentifiċi, u f’każ li dawn jirriżultaw f’impatt negattiv, il-Gvern lest jabbanduna l-proġett.
Dan kollu juri li l-Gvern se jsegwi l-proċesstwil ta’ studji li jridu jsiru kif titlob il-liġi, u mhux il-każ li l-Gvern qiegħed jgħaġġel jew jinqeda b’dan il-proġett biex joħloq diversiv kif allega fi stqarrija d-Deputat Laburista Leo Brincat.
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jirreferi għal-laqgħa ta’ diskussjoni li saret il-bieraħ ma’ l-għaqdiet ambjentali konċernati fejn kien spjegat il-ħidma li trid isir fosthom il-proċess kollu ta’ konsultazzjoni, il-proċess ta’ l-ippjanar inkluż l-applikazzjoni lill-MEPA bl-istudji ambjentali u xjentifiċi iu l-finanzjament tal-proġett propost. Il-Ministeru jfakkar ukoll li meta l-proċess jasal quddiem il-MEPA dan ikun miftuħ ukoll għall-pubbliku bħal kull applikazzjoni oħra u għaldaqstant il-proċess se jkun trasparenti.
Il-Ministru Austin Gatt fil-konferenza ta’l-aħbarijiet li ta l-bieraħ spjega li l-Gvern m’hu qed jgħaġġel xejn biex tittieħed deċiżjoni u m’hu qed jagħmel ebda pressjoni fuq ħadd.
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni m’hux lest jikkummenta fuq spekulazzjonijiet kif f’ħafna mill-okkażjonijiet tagħmel l-Oppożizzjoni Laburista biex tibbaża l-argumenti tagħha għall-gwadann politiku.
Is-serjeta politika titlob ukoll dak li qiegħedjagħmel il-Gvern illi f’dan l-istadju isir użu wkoll minn studju li sar fl-2004 mill-kumpanija ta’ konsulenza ambjentali Adi Consultants. Kif spjegat mill-esperti ta’ din il-kumpanija, it-triq preżenti qed taffettwa ħażin l-ekoloġija tar-Ramla ta’ l-Għadira.  Għalhekk jagħmel tajjeb li d-Deputat Laburista Leo Brincat jagħti kas  ta’ dak li diġa kkonkludew l-esperti li t-triq preżenti ilha snin ixxekkel il-proċess naturali u fl-istess waqt ma jmerrix il-fatti kif inhuma li minħabba l-interventi infrastrutturali li saru fis-snin 70 u 80 fl-inħawi, ir-Ramla ta’ l-Għadira ċkienet.
Barra minhekk mhix serjeta u etikamill-Oppożizzjoni Laburista meta jiġi Leo Brincat u jiddubita rapport  ta’ esperti professjonali fil-qasam għax  dawn tqabbdu minn sid ta’ lukanda fl-inħawi. Hu rrelevanti minn min tqabbdu! Il-fatt hu wieħed. Ir-rapport jagħti evidenza li l-aspett ekoloġiku tar-Ramla ta’ l-Għadira tħarbat bl-iżvilupp tat-triq fis-snin 80 u riżultat t’hekk affettwa d-daqs tal-bajja.
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jtenni li b’dak li qiegħed jipproponi l-Gvern għar-Ramla ta’ l-Għadira hu li jkun hemm soluzzjoni ħolistika li tindirizza l-aspetti infrastrutturali, ambjentali kif ukoll laspett ekoloġiku tal-bajja ta’ l-Għadira fuq bażi ta’ aktar studji li jridu jsiru fix-xhur li ġejjien.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow