Left arrow Go Back

PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TOROQ - LAQGĦA MAL-KUNSILLI LOKALI - IL-ĠIMGĦA 12 TA’ DIĊEMBRU 2008

PR1986
Date Icon 12/12/2008
Il-MEPA kompliet bil-proċess ta’ konsultazzjonidwar klassifikazzjoni ta’ toroq f’żoni urbani ta’ konservazzjoni.
Il-MEPA diġa’ kellha laqgħa simili mal-NGO’s uissa kien imiss li ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.  Matul din il-laqgħa, il-MEPA ppreżentat dokument bil-għan li tiġbed l-attenzjoni fuq l-objettivi prinċipali ta’ dan l-eżercizzju, l-aspetti varji tal-klassifikazzjoni, il-mod kif din il-klassifikazzjoni ħadmet fi pjani lokali oħra, u biex jiġu analizzati l-possibilitajiet li jkun hemm titjib fuq il-proċessi ta’ qabel.
L-eżercizzju ta’klassifikazzjoni huwa mmirat għall-pjani lokali tal-Majjistral, iz-żona ċentrali, in-naħa t’isfel ta’ Malta u l-Bajja ta’ Marsaxlokk.
Waqt din il-preżentazzjoni,is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said faħħar ix-xogħol tal-MEPA f’dan ir-rigward u qal li l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-NGO’s, mal-Kunsilli Lokali u anki mal-pubbliku huwa wieħed importanti ħafna.
Chris Said emfasizza l-importanzatal-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali f’dan il-proċess ghax ħadd daqs il-Kunsilli Lokali ma jista’ jifhem il-bzonnijiet u l-karatteristici taż-żoni diskussi.
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika appella lill-Kunsilli Lokali sabiex jaħtfu l-opportunita’ li għandhom u jaraw li jissottomettu proposti studjati tajjeb biex ikollhom sehem ewlieni fl-iżvilupp sostenibbli tal-lokalitajiet tagħhom.  Din hija responsabbilita’ importanti hafna li l-Kunsilli Lokali għandhom jieħdu bl-akbar serjeta.
Il-Kunsilli Lokali jridujaraw li l-wirt storiku u arkitettoniku fiċ-ċentri tal-lokalitajiet tagħhom jigi salvagwardjat u konservat ghax dan jagħti identita’ u potenzjal kbir lill-irħula u l-bliet tagħna.
Chris Said għalaq billirringrazzja lill-MEPA u lill-Kunsilli Lokali u appella wkoll lill-Kunsilli Lokali biex jahdmu ħalli jinfurmaw lir-residenti u jiġbru r-reazzjonijiet tagħhom dwar dan il-proċess importanti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow