Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-ISTRUMENTI TRADIZZJONALI MALTIN IL-FLEJGUTA U T-TAMBUR

PR1978
Date Icon 12/12/2008
F’ċerimonjali saret dalgħodu fis-Sala Robert Samut il-Floriana, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, flimkien mal-artist Ruben Zahra, niediet mill-ġdid l-istrumenti tradizzjonali Maltin, il-Flejguta u t-Tanbur, li barra li se jingħataw lil kull skola sekondarja tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti se jkun wkoll jistgħu jiġu akkwistati minn dawk kollha interessati.
Il-Ministru Cristina qalet li‘l-okkażjoni ma kienitx biss biex ikun inawgurat proġett, iżda wkoll biex niċċelebraw okkażjoni li filwaqt li tfakkarna fit-tradizzjonijiet tal-imgħoddi, tixprunana biex inżommu ħajjin tradizzjonijiet sbieħ li ħallewlna missirijietna u li għandna nkunu kburin bihom’.
‘Qed naraw it-twelid mill-ġdid ta’ żewġstrumenti tradizzjonali Maltin. Meta tqis li dawn l-istrumenti kienu prattikament estinti sa tmiem is-snin sebgħin, u llum, aktar minn erbgħin sena wara, qed ikunu ntrodotti t-tanbur u l-flejguta fl-iskejjel u fis-soċjetà Maltija, għandna tassew għalfejn niċċelebraw’.
Hi qalet li bħala Ministrutal-Edukazzjoni u l-Kultura, tħossha tassew kburija b’din l-inizjattiva.  L-Edukazzjoni u l-Kultura huma marbuta intimament ma’ xulxin.  L-edukazzjoni mingħajr il-kultura tkun orfni.  Ikollha element importanti nieqes.  Min-naħa l-oħra, il-kultura tgħin fil-proċess edukattiv u tpoġġih fuq sisien aktar sodi.
MetaRuben Zahra resaq lejn il-Ministeru bl-idea li jagħti ħajja ġdida lil dawn iż-żewġ strumenti Maltin, li fil-karriera professjonali tiegħu għamel studju profond dwarhom, il-Ministeru ma setgħax ma jgħinx.  ‘Għamilna dan għax din hi inizjattiva pożittiva. Inizjattiva li biex tieħu verament il-ħajja hemm bżonn ukoll il-kooperazzjoni sħiħa tal-għalliema tal-mużika u tal-lingwa Maltija fl-iskejjel sekondarji tagħna’.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li minħabba ligħal ħafna sekli, Malta kienet taħt l-inflwenza diretta ta’ kulturi barranin, sfortunatament kien faċli li nwarrbu prodott lokali biex nadottaw dak ta’ kultura oħra. Dan jidher ċar fil-każ tal-bagpipe Maltija: iż-Żaqq. Mis-snin 60 sal-aħħar tas-snin 90 kien hawn ħafna scouts u guides idoqqu l-bagpipe Skoċċiża iżda ħadd ma wera interess fiż-Żaqq li hija wkoll tip ta’ bagpipe.
Il-lum ingħatat wirja minn Ruben Zahra idoqqiż-Żaqq akkumpanjat minn Tommy fuq it-tanbur; żewġ ġenerazzjonijiet li qed jiltaqgħu permezz tal-mużika tradizzjonali Maltija.
Hiuriet l-apprezzament tagħha li llum għandna min jieħu r-responsabbilità li jqajjem mill-ġdid il-wirt kulturali ta’ pajjiżna. U bħala Ministru tal-Edukazzjoni u l-Kultura kien ta’ sodisfazzjon kbir għaliha li tista’ tingħaqad ma’ entijiet, il-Kunsill għall-Kutlura u l-Arti, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu u l-Bank of Valletta biex jerfgħu flimkien din ir-responsabbilità.
Il-Ministru Cristina appellatlill-għalliema biex jagħmlu użu tajjeb minn dawn l-għodod li qed jingħataw.  Dawn iż-żewġ strumenti żgħar mhux maħsuba li jieħdu post il-pjanu, il-vjolin jew strumenti oħra.  Imma huma strumenti fihom infushom u ma għandniex niddejqu nippromovuhom.  Anzi hu dover tagħna li nagħmlu dan.
Il-mużika hi lingwa universali u l-istrumentikollha jindaqqu fuq l-istess skala mużikali ta’ seba’ noti.  Hi l-inventiva tal-kompożitur li mbagħad issawwar il-mużika adatta għall-istrument li għalih qed jikkomponi. Hekk għamel Ruben bit-twelid mill-ġdid ta’ dawn iż-żewġ strumenti tradizzjonali Maltin li għandu jsir aħjar użu minnhom biex tiddaħħal fit-tfal u l-istudenti l-imħabba għal dak kollu li hu Malti – inkluż l-istrumenti mużikali u l-mużika Maltija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow