STQARRIJA MILL-KUMITAT PARLAMENTARI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI
PR1974
12/12/2008
| Messaġġ mill-President | tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo, fl-okkażjoni tal-ġimgħa nazzjonali u l-Parlament tal-Persuni b’Diżabilità - Bidla fil-mentalità għaliex id-drittijiet mhumiex karità |
| Bħala Chairperson | tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u Membru Parlamentari ta’ din il-Kamra nixtieq nirringrazzja l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità tax-xogħol siewi li twettaq għall-ġid tas-soċjetà Maltija kollha, b’mod partikolari sabiex din tkun verament waħda inklussiva. |
| Il-bidla fil-mentalità hija | neċessarja sabiex is-soċjetà Maltija tifhem li l-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità huma l-istess bħal ta’ kulħadd. Id-differenza hi li persuna b’diżabilità taqdi il-bżonnijiet tal-ħajja ta’ kuljum b’mod differenti. Il-bżonn tal-mobilità huwa eżempju ċar ta’ dan. Kulħadd għandu bżonn li jiċċaqlaq minn post għal ieħor sabiex imur għax-xogħol, jiltaqa’ ma’ tal-familja jew ħbieb, u jaqdi bżonnijiet oħra. In-nuqqasijiet bioloġiċi m’għandhomx iżommu lura l-persuna b’diżabilità minn dan id-dritt u allura jkunu jeħtieġu mezzi differenti sabiex jaqdu dan id-dritt u bżonn, bħal siġġu tar-roti jew xi forma oħra ta’ assistenza. |
| Però s-siġġu tar-roti jew xi | forma oħra ta’ assistenza mhumiex biżżejjed għaliex jeżistu l-ostakoli soċjali. Dan il-ħsieb iwassalni għall-mudell soċjali tad-diżabilità; li filwaqt li jagħraf dawn in-nuqqasijiet bioloġiċi bħala limitazzjoni, jitfa’ dawl fuq l-ostakoli soċjali li intrinsikament jikkawżaw l-akbar żvantaġġi u diżabilità lill-persuni b’diżabilità. In-nuqqas ta’ aċċess fiżiku, nuqqas ta’ aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni, il-mod kif nitkellmu u kull forma ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta huma fost l-akbar fatturi li jikkawżaw dawn l-ostakoli soċjali. |
| Il-bidla fil-mentalità hija | neċessarja għaliex id-drittijiet mhumiex karità. Għamilna żmien li l-karità kienet tkun qabel id-dritt uman, imma permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, istituzzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħrajn, din il-mentalità qed tinbidel favur l-ideal u dak li hu neċessarju għall-inklużjoni ta’ kulħadd. |
| Nixtieq nappella lil oqsma kollha | edukattivi, ċiviċi, u soċjali kollha f’pajjiżna sabiex jgħallmu u jedukaw lit-tfal u l-istudenti tagħna - u allura l-ħaddiema u professjonisti ta’ għada – l-importanza tal-mudell soċjali tad-diżabilità. B’hekk is-soċjetà tibda tagħraf tagħmel aktar enfażi fuq il-persuna u mhux id-diżabilità. Il-persuni b’diżabilità jeħtieġu drittijiet u mhux karità, empowerment u mhux kura. Irridu nkomplu ntejbu l-lingwaġġ li jintuża, il-qasam tax-xogħol, u li s-servizzi soċjali mainstream tal-iStat ikunu aċċessibli għal kulħadd. |
| L-inklużjoni soċjali huwa proċess | li kull persuna, irrispettivament miċ-ċirkustanzi tagħha, tista’ tilħaq il-milja ta’ ħajjitha. Sabiex dan isir ix-xogħol u l-mezzi finanzjarji huma neċessarji iżda mhux suffiċjenti. Soċjetà inklussiva hija kkaraterizzata minn sforz kollettiv lejn l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni, bilanċ bejn id-drittijiet u responsabilitajiet, empowerment u koeżjoni soċjali. Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ta’ din il-Kamra huwa kommess li jirresponsabbilizza favur dawn il-valuri importanti. |
| Jidher li kemm il-Kumitat dwar l-Affarijiet | Soċjali u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità għandhom għanijiet simili ħafna u allura nistieden lill-Kummissjoni għal aktar kollaborazzjoni fil-futur qarib. B’hekk inkunu qed nagħmlu differenza pożittiva u reali fil-ħajja ta’ kulħadd u sabiex verament ikollna aċċess għal kulħadd u suċċess għal kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984