Release No 1972-IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR CLYDE PULI, IĦABBAR PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI GĦAT-TNEDIJA TA’ KODIĊI TA’ ETIKA FL-ISPORT WAQT KONFERENZA TAL-MINISTRI RESPONSABBLI MILL-ISPORT TAL-KUNSILL TAL-EWROPA
PR1972
11/12/2008
| Fil-ġimgħat li ġejjin ser jibda | proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati biex jitnieda kodiċi ta’ etika għal dawk kollha involuti fl-isport. |
| Dan ħabbru s-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-Ministri responsabbli mill-Isport tal-Kunsill tal-Ewropa li qed tiltaqa’ f’Ateni. |
| Clyde Puli qal li l-għan ta’ dan | il-kodiċi huwa li jservi ta’ għodda biex fost l-oħrajn jiżdiedu t-trasparenza, il-fair play u l-ugwaljanza f’dan is-settur filwaqt li jikkumplimenta l-miżuri kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu. Hu kompla jgħid li minbarra dan il-kodiċi, matul is-sena li ġejja ser tkun imnedija wkoll politika dwar il-protezzjoni tat-tfal fl-isport. Hu tenna li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar din il-politika tnieda ftit tal-jiem ilu mill-Kunsill Malti għall-Isport biex wara li jintemm dan il-proċess tkun pubblikata din il-politika nazzjonali. |
| Dwar il-Kodiċi ta’ Etika, li | wkoll qed ikun pilotat mill-Kunsill Malti għall-Isport, Clyde Puli qal li wara li jitħejja l-ewwel abbozz ser isiru sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-amministraturi, coaches, ġenituri, atleti, ġurnalisti kif ukoll supporters. |
| Hu qal li l-ewwel abbozz tħejja | wara laqgħat li saru bejn membri tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, l-edukaturi u l-Kunsill Malti għall-Isport. |
| Fil-konferenza tal-Kunsill | tal-Ewropa, li qed tlaqqa’ 47 Ministru responsabbli mill-isport mill-pajjiżi Ewropej, qed jiġi diskuss fost l-oħrajn, l-etika u l-awtonomija fl-isport kif ukoll qed issir analiżi tal-ħidma tal-World Anti Doping Agency (WADA), Aġenzija li l-Kunsill Malti għall-Isport sar l-aġent tagħha f’pajjiżna bl-għan li tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra d-doping. |
| Dwar l-awtonomija fl-isport, | Clyde Puli saħaq li filwaqt li ebda Gvern m’għandu jistituzzjonalizza t-tmexxija tal-attivita sportiva, kull stat għandu r-responsabilita li jara’ li l-isport jinżamm nadif u l-bogħod mill-abbuż. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984