Left arrow Go Back

Programm edukattiv ghall-Iskejjel organizzat mill-Orkestra Filarmonica Nazzjonali

PR1970
Date Icon 11/12/2008
Il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina dalgħodu attendiet għal Programm Edukattiv għall-Iskejjel organizzat mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Matul dan il-programm mijiet ta’ tfal minnskejjel sekondarji ingħataw spjega dwar diversi strumenti mużikali li jintużaw mill-mużiċisti tal-Orkestra Nazzjonali, kif  ukoll informazzjoni dwar ix-xogħol tal-Orkestra.
Numru ta’ studenti ngħataw ukoll l-opportunita’li jdoqqu strumenti ta’ perkussjoni li tuża l-istess orkestra filwaqt li tnejn minnhom iddiriġew l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali għal waqtiet qosra.
F’kelmtejn li għamlet fi tmiem il-programm,il-Ministru uriet l-apprezzament tagħha għal din l-inizjattiva li qalet li opportunitajiet bħal dawn għandhom ikomplu jingħataw u l-iskejjel u l-istudenti jagħmlu tajjeb li jeħduhom.
Il-Ministru faħħret il-ħidma tal-OrkestraFilarmonika Nazzjonali u ħeġġet lill-istudenti biex jersqu aktar lejn il-mużika u lejn it-teatru għax dawn l-attivitajiet jgħinuhom jiżviluppaw il-personalita’ tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow