L-Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet jidentifikaw ruħhom permezz ta’ dokument apposta waqt azzjonijiet ta’ infurzar
PR1967
11/12/2008
| Minn | informazzjoni li għandu s-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, xi individwi dalgħodu żaru stabbiliment jew stabbilimenti tal-ikel u identifikaw ruħhom bħala Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dipartiment tal-Artijiet, meta dan ma kienx minnu. |
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet jikkundanna dawn l-atti kriminali, li ma jgħinu xejn fil-ħidma tad-Dipartiment. Immedjatament sar rapport lil Pulizija biex dan l-inċident ta’ dalgħodu jiġi investigat. |
| Is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet javza lill-pubbliku li kull meta jittieħdu xi azzjonijiet ta’ infurzar, l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet jidentifikaw ruħhom mal-persuni konċernati, permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni apposta. |
| Tajjeb li wieħed ikun jaf ukoll illi dan huwa | dritt tal-pubbliku, li f’każ ta’ dubju, jista’ jitlob lill-Uffiċjali tal-Infurzar (Enforcement Officers) dan id-dokument biex jivverifika li jkunu verament Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984