Left arrow Go Back

esIbizzjoni ta’ ċeramika u presepji minn Sciacca fl-Iskola St. Patrick’s

PR1966
Date Icon 11/12/2008
Is-Segretarju Parlamentari ghall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor.   Chris Said inawgura uffiċjalment esibizzjoni u bejgh ta’ ċeramika u presepji minn Sciacca kif ukoll għamara antika.  Dan il-bejgh qed isir fl-iskola tas-Salesjani St. Patrick’s f’Tas Sliema u l-qliegħ se jmur b’risq it-tfal li jattendu l-istess skola.
Chris Said qal li f’dawn iż-żminijiet ta’ festim’għandniex biss inzommu t-tradizzjoni li nagħtu r-rigali, izda rridu naraw ukoll li ngħinu ‘l ħaddieħor jew nikkontribwixxu għal xi kawża nobbli.
Is-Segretarju Parlamentari  faħħar ix-xogħol ta’fejda li s-Salezjani jwettqu mat-tfal. Fost l-ohrajn huma jipprovdu residenza temporanja lil tfal li  jkunu għaddejjin minn xi trawma u jkollhom bżonn ta’ residenza alternattiva.  Is-Sależjani jindirizzaw t-trawmi li jkunu għaddew minnhom dawn it-tfal u jergħu jibnulhom il-futur tagħhom.
L-iskola tas-Sależjani tilqa’ fiha kemm tfal lihuma residenti fl-iskola stess, kif ukoll oħrajn li jattendu matul il-jum. B’dan il-mod it-tfal li jigu minn barra ikunu qed jgħinu fl-izvilupp ta’ dawk li huma residenti.  L-għan ewlieni tal-iskola huwa li tippromwovi l-iżvilupp edukattiv kif ukoll dak soċjali u morali.
Chris Said qal li s-Sależjani jipprovdu ambjentpożittiv fejn it-tfal li ghaddew minn trawmi soċjali jsibu sens ta’ sigurta’ flimkien mas-support kontinwu li jkollhom bżonn biex jergghu jiksbu l-kunfidenza fihom infushom.  L-Onor. Chris Said qal li fl-iskola St.Patrick’s it-tfal ma jitgħallmux biss is-suggetti akkademici, izda jkunu preparati wkoll f’oqsma oħra tal-ħajja. Permezz ta’ din il-preparazzjoni ħolistika s-Salezjani qed jaghtu lil pajjizna żgħazagħ b’karattru sod u b’sens ċiviku qawwi.
Chris Said appella biex matul dawn il-ġranetnaħsbu fix-xoghol siewi li qed jagħmlu s-Sależjani u napprofittaw mill-opportunita’ sabiex nikkontribwixxu lejn kawża daqshekk nobbli.  Huwa temm id-diskors tiegħu billi qal li bl-għajnuna tagħna lill-iskola St. Patrick’s, inkunu qed ninvestu fil-futur tal-pajjiż
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow