AVVIŻ IMPORTANTI MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA
PR1965
11/12/2008
| Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq | tfakkar lill-pubbliku dwar il-bżonn li wieħed jitlaqqam kontra l-influwenza staġjonali. |
| Bħala | parti mill-kampajna tat-tilqima kontra l-influwenza se jiġi offrut servizz ta’ tilqim nhar is-Sibt li ġej, 13 ta’ Diċembru, fil-Ministeru għall-Politka Soċjali, Palazzo Ferreria (faċċata tat-teatru l-imwaqqa’). |
| Dan se | jsir bejn id-9.00 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofsinhar. |
| Id-Diviżjoni qed | toffri l-vaċċin kontra l-influwenza staġjonali b’xejn għall- pubbliku kollu, inkluż t-tfal li għandhom iżjed minn sitt xhur. |
| Il-pubbliku huwa | mitlub jieħu l-karta tal-identità miegħu. Fil-każ tat-tfal ikun meħtieġ il-ktieb tat-tilqim. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984