MIXGHELA TA’ SIGRA TAL-MILIED FOTOVOLTAJKA FL-ISPTAR MATER DEI.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor. Joseph Cassar, waqt li kien qed jattendi għal mixgħela tas-siġra fotovoltajka tal-Milied fl-isptar Mater Dei, irrefera ghal miżuri favur l-ambjent u kontra l-ħela tal-enerġija f’dan l-isptar pubbliku.
| Dr. Cassar qal li l-Fondazzjoni għas-Servizzi | Mediċi (FMS) flimkien ma’ l-Universita’ ta’ Malta qed tagħmel audit ta’ l-enerġija wżata fl-isptar Mater Dei u kif jista’ jkun hemm sistemi ta’ enerġija rinovabbli (renewable energy). |
| Eżerċizzju ieħor li sar f’Settembru 2007 | jissuġġerixxi li fuq il-bjut u fil-carpark ta’ Mater Dei jista’ jkun stallat apparat li jiġbor is-sħana tax-xemx u l-qawwa tar-riħ biex jintużaw flok sorsi oħra ta’ enerġija. Dan l-eżerċizzju qed ikun diskuss ukoll ma’ l-Universita’. |
| Dr. Cassar qal li l-iskop ta’ l-audit ta’ | l-FMS flimkien ma’ l-Universita’ hu li jkun hemm spezzjoni, stħarriġ u analiżi ta’ kif qed tkun użata l-enerġija f’dan l-isptar u jkunu identifikati l-oqsma fejn jista’ jitnaqqas il-ħela ta’ enerġija. Dan irid isir mingħajr ma jnaqqsu xejn mit-trattament u l-kura li tkun qed tingħata. |
| Ikun hemm lista li turi l-priorita’ ta’ fejn | l-aktar jista’ jitnaqqas l-użu ta’ l-enerġija u kemm tiswa din il-ħela. Dan għandu jżid l-effiċjenza tal-provista ta’ l-elettriku u jnaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent. |
| L-FMS u l-Universita’ flimkien, għandhom | jindentifikaw soluzzjonijiet potenzjali għall-generazzjoni ta’ l-elettriku. Ovvjament dan hu post sensittiv ħafna għax hemm is-saħħa tal-poplu fin-nofs, u xi kultant dak li jgħodd għad-djar jew għall-entitajiet kummerċjali ma jkunx jgħodd għal Sptar. |
| Dr. Cassar semma’ il-miżuri diġa’ meħuda bi | ħsieb waqt id-disinn u l-bini ta’ l-isptar : |
· Fid-disinn il-miżuri għall-effiċjenza ta’ l-enerġija kienu double insulatedwalls, policy biex it-twieqi jinzammu magħluqa, ġbir ta’ l-ilma tax-xita, low-volume flush toilets, u environmentally adapted refridgerants.
· F’dan l-isptar ghandna sistema komputerizzata bi tlettax-il elf point, li tikkontrolla l-heating, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata
· Il-units kollha tad-dawl huma maqgħuda flimkien fi switchgear ċentrali li jaħdem b’vultaġġ baxx.
· It-twieqi kollha ta’ l-isptar huma double glazed biex is-sħana jew il-kesħa ta’ ġewwa ma toħroġx u b’hekk l-airconditioners jew il-heaters jintuzaw anqas.
· Il-bozoz kollha huma energy saving
· Fil-maġġoranza tal-isptar kienu stallati sensors apposta biex id-dawl jinxtegħel biss meta tidħol persuna fil-kamra partikolari u jintefa’ meta toħroġ.
· Fil-ħitan tpoġġa materjal apposta biex inaqqas mill-ħsejjes ta’ barra.
· Ic-chillers ikunu mkessħa permezz ta’ l-ilma u dawn l-istess chillers jipprovdu s-supply għall-ilma li jintuza. Dan hu fatt pożittiv ghax jnaqqas il-load minn fuq il-boilers u għalhekk innaqsu l-konsum tal-fuel.
· Barra minnhekk l-areas kollha użati mill-pazjenti l-aktar is-swali, inbnew iħarsu lejn it-Tramuntana u għalhekk ma jkunux esposti direttament fix-xemx. B’hekk innaqsu s-sħana fis-swali.
· Madwar 270 varjazzjoni ta’ l-ispeed tkun użata fit-tħaddim tal-muturi elettroniċi. Ovvjament skond il-bżonn u dan ukoll jnaqqas l-enerġija użata.
· L-ilma tax-xita jinġabar kollu u jkun użat fl-irrigazzjoni tal-landscaping li għandna madwar il-Mater Dei. U anke l-ilma maħmuġ ikun riċiklat fil-Mater Dei stess u użat għall-irrigazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Joseph Cassar qal li l-mixgħela tas-Sigra tal-Milied fl-isptar Mater Dei għandhu żewġ għanijiet : l-ewwel li flimkien mal-Kor preżenti (St. Paul Choral Society) jitnissel il-ferħ tal-Milied, f’post fejn b’mod ovvju jkun assenjat ma’ diżgrazzji jew mard; u t-tieni għan hu li bi ftit sforz kulħadd jista’ jagħmel ħiltu għall-ambjent aħjar.
| Is-Segretarju Parlamentari | ghas-Saħħa irringrazzja lill-kumpanija Di Natura u lil Konsorzju Environmental Landscapes (ELC) “talli mill-ewwel laqgħu l-isfida taghna biex nagħmlu dan il-proġett sinifikattiv.” |
| Din is-sigra fiha elf bozza | LED u tinxtegħel b’sistema fotovoltajka. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984