Left arrow Go Back

PROĠETT ĠDID FL-ICT ISAĦĦAĦ L-ALLEANZA BEJN IL-GVERN U L-KUMPANIJA INTERNAZZJONALI CISCO

PR1959
Date Icon 10/12/2008
L-alleanza bejn il-Gvern u l-kumpanijainternazzjonali CISCO kompliet tissaħħaħ b’inizjattiva ġdida fis-settur ta’ l-ICT. Wara t-twaqqif  fl-aħħar snin ta’ akkademji li qed iservu biex jitħarrġu studenti Maltin f’dan is-settur, illum tħabbar li s-CISCO tat donazzjoni ta’ 80 Wi-Fi routers li se jkunu nstallati f’diversi ċentri f’Malta u Għawdex biex b’hekk ikompli jiżdied l-aċċess għall-internet. Dan il-proġett se jitmexxa mill-Awtorita’ Maltija dwar il-Komunikazzjoni.
L-Onor. Austin Gatt, Ministrugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni,  li kien qiegħed jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha tħabbret din l-inizjattiva, qal li d-djar Maltin li għandhom aċċess għall-internet komplew jiżdiedu tul din is-sena. Sittin fil-mija (60%) tar-residenzi għandhom konnessjoni ta’ l-internet meta mqabbel mal-54% fl-2007. Fl-istess waqt dawk li għandhom aċċess għas-servizz broadband tela’ għal 55% din is-sena; żieda fuq l-44% fl-2007. Din l-informazzjoni tal-Eurostat inġabret fl-ewwel tliet xhur tas-sena, u għaldaqstant din l-istatistika ma tinkludix is-6,000 abbonat ġdid għall-internet permezz ta’ l-iskema Blueskies li nieda l-Gvern aktar kmieni din is-sena.
Il-Ministru Austin Gatt qal li l-inizjattivatal-Wi-Fi routers hi pass fid-direzzjoni t-tajba biex tiżdied l-aċċessibilta’ għat-teknoloġija. Barra minhekk, inizjattiva bħal din ta’ min ifaħħarha minħabba li tmur lil hinn għax tippromovi użu aktar sofistikat tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Hu rrefera għall-ftehim li l-kumpanijainternazzjonali CISCO għandha mal-Gvern, u semma kif dan qed jgħin ukoll biex pajjiżna jilħaq l-mira li fil-qasam ta’ l-ICT inkunu l-aħjar fl-Ewropa. Hu semma kif is-CISCO qed tħarreġ studenti Maltin fil-qasam ta’ l-ICT u żied li dan qed jgħin biex il-Maltin ikunu aġġornati f’dan is-settur li jinbidel u jiżviluppa fi żmien qasir. Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni tenna li dan hu importanti fl-isfond li fi żmien 18-il xahar ieħor naraw l-ewwel impjegati fi SmartCity.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow