STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI BI TWEGIBA GĦALL-STQARRIJA TA' L-OPPOŻIZZJONI / TAJJEB LI L-OPPOŻIZZJONI QED TAPPOĠĠJA R-RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU
PR1957
10/12/2008
| TAJJEB LI L-OPPOŻIZZJONI QED | TAPPOĠĠJA R-RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jinnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tappoġġja r-riforma fit-Trasport Pubbliku li qed jipproponi l-Gvern. |
| Rigward il-kummenti ta’ l-Onor. Silvio Parnis, | il-Ministeru jirrimarka li, li kieku attenda l-konferenza nazzjonali organizzata fil-5 ta’ Diċembru, 2008 kien jiċċara d-dubji li esprima fl-istqarrija tiegħu. |
| Ir-riforma għandha l-iskop li tipproteġi | l-konsumaturi li llum qed jingħataw servizz anqas milli ħaqqhom u li jġiegħel ħafna minnhom jiskartawh. Minħabba f’dan il-Maltin qed ikollhom jonfqu aktar fit-trasport biex ifittxu alternattivi għat-trasport pubbliku. Tant li l-familji Maltin huma l-aktar li jonfqu fit-trasport fl-Ewropa kollha minkejja li t-trasport pubbliku għandu nollijiet irħas ferm. Il-familji Maltin jonfqu 16.6 fil-mija tal-household budget tagħhom fit-trasport imqabbla mal-medja Ewropea ta’ 11.9%. |
| Il-Gvern itenni l-impenn tiegħu li t-trasport | pubbliku jkun inklussiv u aċċessibbli u jkun t’għodda għall-inklużjoni soċjali ta’ kulħadd. Il-Gvern se jiggarantixxi bis-sussiddji li s-setturi kollha tas-soċjetà (per eżempju anzjani, studenti, persuni b’diżabilità u persuni li jgħixu f’żoni anqas aċċessibbli tal-pajjiż fost oħrajn) ikunu jistgħu jużaw it-trasport pubbliku u ma jkollhom ebda żvantaġġ ta’ mobilità. |
| Bejn din il-garanzija ta’ sussidji fejn hemm | bżonnhom u titjib fis-servizz li l-Oppożizzjoni qed tgħid li taqbel miegħu, it-trasport pubbliku jkun jista’ jerġa’ jintuża biex il-komunità tagħna tkun tista’ tivjaġġa b’anqas infieq għall-familja, b’titjib għall-ambjent u b’aktar mobilità. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984