Left arrow Go Back

azzjoni ta’ infurzar fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta

PR1953
Date Icon 10/12/2008
Dalgħodu, id-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern fiħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, ħadet  azzjoni  ta’ nfurzar fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta. Id-Divizjoni kienet mgħejjuna f’din l-azzjoni mill-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, u minn membri tal-Korp tal-Pulizija, tal-Forzi Armati ta’ Malta u tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet.
Din l-azzjoni ttieħdet wara li nhar it-Tnejn 1ta’ Diċembru, f’dan is-sit ġew servuti ittri ta’ twissija lil nies li kienu qed jużaw il-post bla permess.  Persuni reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti, u li  huma membri fl-Għaqda Parteċipanti Karnival ta’ Malta, ser jitħallew jużaw il-post biex ikomplu fil-ħidma tagħhom fil-preparazzjoni tal-karrijiet tal-Karnival.
L-operazzjoni bdiet fit-8:00 ta’ filgħodu,b’periti mid-dipartiment tax-xogħlijiet jiċċertifikaw il-post għal raġunijiet ta’ sigurta’, u kompliet skond kif ippjanat.
Wara dan il-membri tal-Għaqda ParteċipantiKarnival ta’ Malta irreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti tħallew jidħlu fil-Forti sabiex juru liema kmamar qed jiġu użati minnhom.  Il-kumplament tal-kmamar li m’humiex użati għall-iskop tal-Karnival ġew żgumbrati skond l-avviżi servuti iktar kmieni.
Id-Direttur tal-Animal Welfare mgħejjunminn membri tal-SPCA, ħadu ħsieb illi jitneħħew klieb li kienu miżmuma fuq il-post.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow