Left arrow Go Back

JINXTEGĦLU D-DEKORAZZJONIJIET U D-DWAL TAL-MILIED FIT-TRIQAT PRINĊIPALI TA’ BUĠIBBA

PR1943
Date Icon 09/12/2008
Waqtċerimonja qasira, l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, xegħel id-dekorazzjonijiet u d-dwal tal-Milied li ntramaw fit-triqat prinċipali ta’ Buġibba.  Dan it-tiżjin sar b’inizjattiva tas-Sotto Kumitat tat-Turiżmu fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, il-Bugibba Business Community, il-Bugibba Bars and Restaurant Association, il-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) u l-General Retailers and Traders Union (GRTU).
L-Onor. Chris Said faħħar l-inizjattiva li ħas-Sotto Kumitat tat-Turiżmu tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar flimkien mal-għaqdiet l-oħrajn.  Hu qal li permezz ta’ dan it-tiżjin il-lokalita’ ta’ Buġibba u San Pawl il-Baħar qed joffru atmosfera ferrieħa tal-Milied. B’hekk ir-residenti ta’ din il-lokalita’, dawk li jiffrekwentaw il-postijiet ta’ divertiment f’Bugibba u San Pawl il-Baħar, kif ukoll it-turisti li jkunu qed joqogħdu jew iżuru dawn il-postijiet, ser isibu post li jilqagħhom f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow