Left arrow Go Back

PRESEPJU ĦAJ FIT‑TEATRU L‑IMWAQQA’ L-BELT VALLETTA

PR1942
Date Icon 09/12/2008
Bejn it-12 u l-24 ta’ Diċembru li ġej, it-teatrul‑imwaqqa’ fil-Belt ser ikun qiegħed jospita r-rikostruzzjoni ta’ Betlem u l-akbar ġrajja li qatt seħħet fiha. Il‑Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti ser ikun qiegħed itella’ dan il-proġett bid-direzzjoni artistika ta’ Ino Bonello. Fi żmien il-festi, ir-rovini ta’ dan is-sit kontroversjali ser jerġgħu jsiru ċentru ta’ attrazzjoni, tradizzjoni, folklor u spiritwalità. Minbarra x-xenarju u r-riabilitazzjoni tal-post, numru ta’ atturi u annimali ta’ diversi speċi ser iġiegħlu lill-pubbliku li ser iżur dan il-presepju jħoss u jmiss lil Betlem ħajja u, imqar jekk għal ftit mumenti, jgħix fil-ħlewwa tal-ġrajja tal-Milied.
F’dan il-presepju minbarra l-grotta bil-familjaMqaddsa u l-baqra u l-ħmara, ser jispikkaw ukoll l-irziezet, l-ilma jgelgel, u l-grabbja fuq il-lant. Ma jonqsux ukoll il-ħwienet tax-xogħol fosthom il-furnar, il-fuħħari, il-ħaddied u tal-ħaxix, filwaqt li d-daqqaqa tradizzjonali bi strumenti tradizzjonali Maltin ma jonqsux ukoll.
Dan il‑Presepju Ħaj ser ikun qiegħed jittella’b’risq il‑Malta Community Chest Fund u ser jiġi inawgurat mill‑President ta’ Malta fit‑12 ta’ Diċembru. Id‑dħul għal dan il‑presepju huwa b’xejn, iżda jiġu apprezzati donazzjonijiet b’risq din l‑organizzazzjoni filantropika.
Il‑Presepju jkun miftuħ kuljum fid‑dati msemmijabejn l‑10 ta’ filgħodu u l‑10 ta’ filgħaxija. Numru ta’ korijiet ser ikunu qed jilqgħu lill‑pubbliku li jżur dan il‑presepju b’innijiet u kant tal‑Milied, filwaqt li ser isiru wkoll kunċerti mill‑baned tal‑Pulizija u tal‑Forzi Armati.
Rappreżentazzjonijiet animati li juru l‑waslatal‑karovana bit‑Tliet Slaten, il‑miġja tar‑rgħajja, il‑Familja Mqaddsa tfittex kenn, suldat Rumani jħabbru d-digriet ta’ Ċesare biex jordna ċensiment, kif ukoll il‑bidu tal‑presepju minn San Franġisk fi Greccio ser isiru bejn it‑12 u l‑14 u bejn id‑19 u l‑21 ta’ Diċembru. Il‑qofol tal‑attivitajiet jintlaħaq bil‑quddiesa tradizzjonali ta’ nofsillejl nhar l‑24 ta’ Diċembru, u wara ma jonqsux xi ftit ħlewwiet u xorb tal-okkażjoni għal dawk preżenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow