IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, JINDIRIZZA Ċ-ĊERIMONJA TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-AWARDS SPORTIVI GĦAS-SENA 2008 TAL-KUMITAT OLIMPIKU MALTI.
PR1936
08/12/2008
| “Is-sena d-dieħla ser inkunu qed inniedu l-iskema | twenty twenty, biex dawk l-atleti li jaħdmu mal-Gvern igawdu sa massimu ta’ 20 siegħa leave kull ġimgħa bi ħlas, biex jattendu għas-sessjonijiet ta’ taħrig tagħhom. Fost l-ewwel atleti li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema hemm dawk li ser jirrappreżentaw lill-Malta fil-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Ċipru.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ | u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza ċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-awards sportivi għas-sena 2008 organizzata mill-Kumitat Olimpiku Malti. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma | wkoll li s-sena d-dieħla ser jiġi inawgurat il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, ser jiġi preżentat brief għall-bini ta’ kumpless sportiv fit-Tramuntana ta’ Malta filwaqt li beda x-xogħol ta’ tkabbir tal-Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq. Dan il-Fitness Centre jagħmlu użu minnu mitt atleta magħżula mill-Kumitat Olimpiku Malti permezz ta’ memberships mogħtija b’xejn mill-Kunsill Malti għall-Isport. Huwa kompla li dan kollu isir biex tkompli tingħata assistenza lill-atleti fl-impenn tat-taħriġ tagħhom. |
| Clyde Puli qal li s-sena d-dieħla hija sena | mimlija ukoll b’attivitajiet internazzjonali għall-atleti Maltin fejn fost l-oħrajn hemm il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ser jinżammu f’Ċipru. Is-Segretarju Parlamentari kompla li kien fl-1989 f’Ċipru li Malta rebħet il-bid għal-logħob li nżammu għall-ewwel darba f’pajjiżna fl-1993. |
| Hu qal li dan xpruna lill-Gvern biex jibni | faċilitajiet sportivi ta’ livell fosthom il-korsa ta’ l-atletika tal-Marsa u l-Pixxina Nazzjonali. Kien fl-istess żminijiet li beda jingħata special sports leave with pay lill-impjegati taċ-ċivil involuti f’kompetizzjonijiet internazzjonali barra minn xtutna. Issa wasal iż-żmien li l-inċentivi lill-atleti jkomplu jiżdiedu u għalhekk li ser tidħol fis-seħħ l-iskema twenty twenty. |
| Fi tmiem id-diskors tiegħu s-Segretarju | Parlamentari ppreżenta cheque għall-valur ta’ €79,198 bħala l-aħħar parti mit-total ta’ assistenza finanzjarja li l-Gvern għadda lill-Kumitat Olimpiku Malti għal din is-sena. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984