STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI (MITC) - SODISFAZZJON LI L-ATP LESTA TLESTI RUĦHA GĦAL RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU
PR1928
06/12/2008
| SODISFAZZJON LI | L-ATP LESTA TLESTI RUĦHA GĦAL RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU |
| Il-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jinnota b’sodisfazzjon li l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku taqbel mar-riforma proposta mill-Gvern għal dan is-settur. Jinnota wkoll li l-Assoċjazzjoni llum iddisassoċjat ruħha mill-imġieba ta’ wħud mill-membri tagħha li fil-Konferenza Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku l-bieraħ esprimew xettiċiżmu dwar dak li kien qed jipproponi l-Gvern. Minflok illum l-Assoċjazzjoni qed tgħid li “l-Assoċjazzjoni u l-membri tagħha huma lesti sabiex jimplimentaw flimkien mal-Gvern kull riforma li ggib ... servizz aħjar għall-istess passiġġieri li jużaw it- trasport pubbliku”. |
| Kif innutat l-Assoċjazzjoni | stess, il-Gvern ħa nota tal-kummenti li għamlet hi stess fil-proċess ta’ konsultazzjoni li beda f’Lulju li għadda u f’xi każi, fejn l-Assoċjazzjoni kellha raġun, il-Gvern adotta l-pariri tagħha. |
| Il-Gvern ser ikompli jisma’ dak | li għandha x’tgħid l-Assoċjazzjoni fil-laqgħat li jmiss isiru magħha. |
| Iżda l-Gvern itenni li m’hux | f’pożizzjoni li jidħol f’negozjati diretti ma’ l-Assoċjazzjoni dwar kuntratt ta’ servizz ta’ trasport pubbliku. Dan m’hux permissibbli skond il-liġi Ewropea li ma tippermettix li kuntratt tat-trasport pubbliku daqs ta’ Malta jingħata b’ordni diretta lil xi fornitur privat mingħajr ma ssir sejħa għall-offerti. |
| Il-Gvern allura jippreferi | jikkonkludi mill-istqarrijja tal-lum li l-Assoċjazzjoni qed tikkunsidra tirriforma lilha nnifisha tant biex hi, jew uħud mill-membri tagħha, jikkompetu biex joffru s-servizzi tagħhom fit-trasport pubbliku ta’ Malta. |
| Sakemm dan isir skond | il-kundizzjonijiet li qed jippjana l-Gvern għal trasport pubbliku li tassew jilħaq l-aspettattivi tal-Maltin u t-turisti, il-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni ta’ dawn l-imprendituri Maltin b’esperjenza twila fit-trasport li jibqgħu joffru s-servizz tagħhom anke wara li s-servizz jiġi rriformat. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984