Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ, MARIO GALEA JIFTAĦ IL-FIERA TAL-MILIED FL-ISPTAR MONTE KARMELI.

PR1927
Date Icon 06/12/2008
Waqt li kien qedjiftaħ il-fiera tal-Milied organizzata mill-Friends of Mount Carmel Hospital is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galea appella biex naħdmu flimkien kontra l-istigma li sfortunatament għad hawn fil-konfront ta’ persuni bi problemi ta’ Saħħa Mentali.   Hu fakkar li waħda minn kull erba nisa u wieħed minn kull sitt irġiel jbatu minn depressjoni.  Wieħed fil-mija tal-popolazzjoni tbati mill-kundizzjoni tal-iskizofrenia.  L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tbassar li sas-sena 2020 il-mard mentali se jkun l-aktar mard komuni wara l-mard tal-qalb.  Mario Galea qal li kull wieħed minna jista’ jimrad minn problemi ta’ saħħa mentali.  Hu qal li minħabba l-istigma li għad hawn fil-konfront ta’ dan il-mard hu stmat li minn dawk kollha li jkunu qed ibatu minn problemi ta’ saħħa mentali, 26% biss jfittxu l-kura. L-oħrajn ma jmorrux ifittxu l-kura għax jibzgħu li se jiġu ittimbrati, iġġudikati jew li huma jew il-qraba tagħhom jbatu minn preġudizzju kontriehom.
Mario Galea qalli kura teżisti u din is-sena il-gvern alloka l-flus biex inkomplu nifirxu is-servizzi fil-komunità biex min ibati minn problemi ta’ Saħħa Mentali jkun jista jsib il-kura w is-support fil-komunità.  Sadattant din qed issir fl-Isptar Monte Karmeli u se tkun miftuħa illum is-Sibt u għada l-Ħadd bejn l-10.00 ta’ filgħodu u s-7.00 ta’ filgħaxija. Fost oħrajn qed jinbiegħu diversi oġetti bħal affarijiet tal-ikel, pjanti, rigali tal-Milied, antikitajiet, ġugarelli, dekorazzjonijiet tal-Milied u saħansitra diversi oġġetti maħduma mill-pazjenti stess.  Id-dħul minn din il-Fiera se jmur kollu b’risq l-Isptar Monte Karmeli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow