DISKORS TAL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT F’JUM IL-GRADWAZZJONI FL-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TURISTIĊI
PR1925
05/12/2008
| Appell ghal ħidma flimkien biex | tirnexxi r-riforma fl-edukazzjoni |
| Meta kienet qed titkellem f’Jum | il-Gradwazzjoni fl-Istitut ghall-Istudji Turistici, l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zgħazagħ u Sport Dolores Cristina, appellat biex issir hidma flimkien minn dawk kollha koncernati biex ir-riforma fl-edukazzjoni li qed tkun diskussa bhalissa tirnexxi u nagħtu l-aħjar lit-tfal tagħna biex nassigura li tfal kollha jmorru aħjar filwaqt li nagħtuhom tfulithom lura. |
| Il-Ministru Cristina qalet li dik il-laqgha | kienet mahsuba biex ikun ċelebrat is-suċċess ta’l-istudenti li temmew il-kors tagħhom fl-Istitut ghall-Istudji Turistici li joffri opportunitajiet kbar lil mijiet ta’ studenti li jridu jibdew karriera fil-qasam turistiku li hu ferm importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna. |
| Għal dawn iż-żgħażagħ kienu qed jinfetħu | orizzonti ġodda kemm f’pajjiżna kif ukoll ‘l hinn minn pajjiżna. Fil-fatt ħafna minnhom diġa’ kellhom l-opportunita’ ta’ xogħol barra mill-pajjiż fejn kisbu esperjenza imprezzabbli li żgur se sservihom fis-snin li ġejjin. |
| Madwar tliet xhur l-Ministru fethet is-sena | akkademika ta’ dan l-Istitut li bħalissa qed jilqa’ fih 500 student fuq bażi full-time u 100 student ieħor li bħalissa jinsabu fuq internship barra minn Malta. Dawn huma maqsuma fi 15-il kors fuq bażi full-time f’livell ta’ Ċertifikat jew Diploma. L-istitut joffri wkoll diversi korsijiet fuq bażi part-time. |
| Hi nsistitet li filwaqt li niċċelebraw is-suċċess | ta’ dawn iż-żgħażagħ, m’għandniex inkunu kuntenti biss li minn dan l-Istitut jiggradwaw studenti li għada pitgħada jkunu l-aqwa managers ta’ lukandi f’Malta, l-aqwa gwidi, l-aqwa chefs, l-aqwa waiters, jew l-aqwa operaturi turistiċi. |
| Irridu nassiguraw ukoll li dawk li jiggradwaw | ikunu ċittadini Maltin li jkunu ħadu edukazzjoni sħiħa u wiesa’ li mhux biss tagħtihom karriera jew mestier għall-futur imma li tiftħilhom bibien ġodda f’ħajjithom. |
| L-industrja turistika hi waħda mill-pilastri | tal-ekonomija tagħna. Din hi industrja li biex tkabbarha trid tagħmel ħafna sforzi, iżda biex titlifha hu faċli ħafna jekk ma nkunux attenti għall-prodott li noffru. Għalhekk l-importanza ta’ dan l-Istitut għall-Istudji Turistiċi li jrid iħejji nies kapaċi jmexxu ‘l quddiem l-industrja turistika ta’ pajjiżna f’kull livell. |
| Il-Ministru Cristina hadet l-okkażżjoni biex | tagħti ħarsa wkoll lejn iż-żmien interessanti li minnu għaddej il-qasam tal-edukazzjoni f’pajjiżna mill-iżgħar sal-ogħla livell. |
| Bħalissa il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed | jaħdem bis-sħiħ biex inkomplu nżidu n-numru ta’ child care centres. Diġa’ nfethu numru minn dawn iċ-ċentri u dalwaqt jinfetah ieħor fil-Qawra. Is-sena d-dieħla se jinfetah ieħor mal-iskola l-ġdida li qed tinbena f’Pembroke u hemm pjani ghal aktar ċentri biex b’hekk niffaċilitaw li aktar nisa jirritornaw għad-dinja tax-xogħol. |
| Ftit tal-ġimgħat ilu il-Ministeru u d-Direttorat | tal-Edukazzjoni niedew Dokument ta’ Konsultazzjoni dwar riforma importanti fil-mixja mill-Primarja għas-Sekondarja. Dan id-dokument kien formulat wara ħafna konsultazzjoni ma’ dawk kollha interessati, inklużi studenti, ġenituri, għalliema, skejjel privati, il-knisja u esperti Maltin u barranin. |
| Tfassal dokument li hu maħsub biex filwaqt li | jżomm dak li hu tajjeb fis-sistema preżenti, jibdel dak li qed joħloq stress bla bżonn fuq it-tfal tagħna u li qed iċaħħadhom mill-vera tfulija tagħhom. Irridu li t-tfal tagħna jimxu ‘l quddiem kollha kemm huma. U dan jagħmluh mingħajr skossi. F’pajjiżna diġa’ għandna mudelli u esperjenza ta’ dak li qed nipproponu u li qed jagħtu riżultati pożittivi. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni ghamlitha ċara li | mhux qed jinghad li se jitnehhew għal kollox l-eżamijiet. Iżda barra mill-eżamijiet iridu nagħtu valur lil affarijiet oħra li huma parti integrali mill-proċess ta’ edukazzjoni. L-awtoritajiet tal-Edukazzjoni qed jistiednu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-edukazzjoni tat-tfal tagħna biex jersqu ‘l quddiem u jagħtu l-fehma tagħhom fuq din ir-riforma. Irridu li l-ġenituri jifhmu u jkunu konvinti li dak li qed nipproponu hu fl-aħjar interess ta’ uliedhom, huma x’inhuma l-kapaċitajiet tagħhom. |
| Irridu li l-għalliema jissieħbu f’dan | il-proċess ta’ diskussjonijiet. Minnhom jiddependi ħafna s-suċċess tal-bidliet li nixtiequ mwettqu. Ghalhekk appellat ghal hidma flimkien biex din ir-riforma, bil-bidliet li hemm bzonn isirulha tkun success u thalli frott fl-interess tat-tfal Maltin u Ghawdxin kollha. |
| Il-Ministru rreferiet ghal riformi f’oqsma | oħra tal-edukazzjoni. Irridu nibdew nagħtu valur lill-edukazzjoni informali u mhux formali. Kulħadd għandu xi ħiliet. Min f’ħaġa u min f’oħra. Iżda sfortunatament ftit huma dawk li għandhom xi forma ta’ ċertifikazzjoni għall-ħiliet u l-kompetenzi li għandhom. Issa se nibdew nagħtu valur lil dawn il-ħiliet kollha permezz ta’ ċertifikazzjoni li tkun aċċettat mhux biss f’Malta iżda fl-Ewropa kollha. Din il-ġimgħa, ittiehdu diversi inizjattivi fil-qasam tal-lifelong learning – it-tagħlim tul il-ħajja. Dan hu qasam ieħor li fih diġa qed niksbu suċċess iżda rridu nkomplu naħdmu biex naraw li aktar persuni jibqgħu jitgħallmu, anke meta jikbru. |
| Il-programmi tal-Unjoni Ewropea, jgħinunha | biex nilħqu dan l-iskop għax joffru opportunitajiet kbar lil dawk li jixtiequ jibqgħu jistudjaw kemm f’pajjiżna u anke barra l-pajjiż. |
| Irridu li lil pajjiżna, sal-2015 nagħmluh | Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni u f’oqsma oħra. Din hi mira ambizzjuża iżda bil-ħidma tagħna lkoll flimkien kapaċi nilħquha. |
| Il-Ministru Dolores Cristina temmet li l-edukazzjoni | hi qasam li dwaru għandna naqblu lkoll għax hekk jitlob l-interess ta’ uliedna u ta’ pajjiżna. Qalet li kienet persważa li jekk kulħadd jagħti sehmu u niġbdu ħabel wieħed, kapaċi nwettqu l-bidliet li għandna bżonn u noffru futur aħjar lil uliedna, lilna nfusna u lil pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984