€ 325 MILJUN LILL-KUNISLLI LOKALI
PR1921
05/12/2008
| Dak | li ħmistax-il sena ilu kien esperiment, illum sar esperjenza li ghamlet u qed tagħmel differenza fil-lokalitajiet ta’ fejn ngħixu. Il-Prim Ministru qal illi fil-ħmistax-il sena kemm ilhom il-Kunsilli Lokali, il-Gvern investa aktar minn €325 miljun fil-Kunsilli Lokali – dan ifisser investiment fit-titjib tal-lokalitajiet tagħna. |
| Dan qalu il-Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa u | jżur lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. |
| Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema | kollha li, taħt it-tmexxija tad-Direttur Natalino Attard, qegħdin jagħtu l-impenn tagħhom biex ilaħħqu mal-operat ta’ 68 Kunsill Lokali. Il-Prim Ministru qal illi parti mis-suċċess tal-Kunsilli Lokali hu dovut lejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali. |
| Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali għandu jkun | attrezzat biex joffri appoġġ lill-Gvernijiet Lokali biex iwasslu servizz aħjar lir-residenti. Il-Gvern ser isaħħaħ id-dipartiment biex ikollu l-mezzi kollha disponibbli biex jirregola l-operat tal-Kunsilli Lokali bl-aktar mod effettiv. Jeħtieġ li jagħti l-aqwa sostenn possibbli lill-Kunsilli Lokali fil-ħidma tagħhom billi jagħti l-aħjar taħriġ possibbli lill-Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi u impjegati. Huwa għalhekk li r-riforma tal-Kunsilli Lokali tindirizza r-ristrutturar tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex tkun f’pożizzjoni aħjar biex tilħaq dawn l-għanijiet. |
| Il-Prim Ministru semma’ kif issa li wasal fi | tmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni għar-Riforma fil-Kunsilli Lokali, wasal iz-zmien biex jittieħdu d-deċizjonijiet li hemm bżonn biex din l-esperjenza tiġġedded. |
| Waħda mill-ideat innovattivi li sabu ruħhom fir-riforma | tal-Kunsilli Lokali hija l-ħsieb li jinħatar Bord fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern Lokali li jkun responsabbli tal-kodiċi tal-etika mill-Kunsilliera, kif ukoll li janalizza l-ilmenti li jaslu mill-pubbliku dwar in-nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fil-Kunsilli Lokali. Il-ħsieb wara din ir-riforma hija li tiżdied il-kontabbiltà u t-trasparenza fl-operat tal-Kunsilli tagħna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984