Left arrow Go Back

ID-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ

PR1919
Date Icon 05/12/2008
Illum, 5 ta’ Diċembru 2008, il-FederazzjoniGħawdxija Persuni b’Diżabilità organizzat konferenza bit-titlu ‘Id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità’. Din il-konferenza saret fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex bħala parti mill-attivitajiet tal-ġimgħa ddedikata lill-persuni b’diżabilità.
Il-konferenza nfetħet b’diskors tal-okkażjonimill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono.  Fid-diskors tagħha, il-Ministru Debono faħħret il-Federazzjoni li hija rikonoxxuta bħala l-vuċi li tirrappreżenta lill-persuni b’diżabilità f’Għawdex, kemm fuq bażi reġjonali kif ukoll dik nazzjonali. Semmiet ukoll il-ftehim li ġie ffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Federazzjoni Għawdxija Persuni b’Diżabilità, fejn iż-żewġ entitajiet qablu li ser jagħmlu l-ħila tagħhom biex flimkien jippromwovu ‘l quddiem il-qasam tad-diżabilità f’Għawdex.  Dan wassal għal żvilupp sinifikanti matul l-aħħar sena, bit-twaqqif tal-one-stop-shop  li qed jagħti s-servizzi tiegħu mill-Adult Training Centre f’Għajnsielem. Żiedet tgħid li fl-ATC il-ġdid, li jinsab fil-limiti tar-Rabat, dan il-one-stop-shop ġie allokat spazju attraenti u prominenti fir-reception area.
Is-Sur Joe Camilleri, chairpersontal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD), ta ħarsa lejn il-kontenut tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda Dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, li Malta qiegħda fil-proċess biex tirratifika. Dr. Kevin Cutajar, President tal-Federazzjoni fuq imsemmija, tkellem imbagħad dwar il-liġijiet ta’ Malta li jirrigwardaw il-persuni b’diżabilita`, partikolarment il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) tas-sena 2000. Aktar tard, is-Sur Alfred Bezzina, Direttur Eżekuttiv tal-KNPD, spjega x’miżuri qed tieħu Malta biex il-Konvenzjoni msemmija tkun tista’ tiġi ratifikata.
Il-konferenza kompliet b’diskussjoni fost dawkpreżenti dwar it-temi trattati mill-kelliema. L-Eċċ. Tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech għamel id-diskors ta’ l-għeluq.
Bħalma jirrifletti t-titlu, l-iskoptal-Federazzjoni kien li l-konferenza tiffoka fuq id-drittijiet tal-persuni b’diżabilita` u dan għaliex temmen li tali persuni, partikolarment dawk residenti Għawdex, jistgħu jimxu ‘l quddiem biss jekk ikunu konxji minn dawn id-drittijiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow