IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AMBJENT JIDDISKUTI IL-PAKKETT TAL-KLIMA U ENERĠIJA KIF UKOLL L-ADDOZZJONI TA’ KONKLUZJONIJIET DWAR IL-GMO’S
PR1912
05/12/2008
| Iż-żewġ suġġetti | prinċipali diskussi waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent, li saret il-bierah fi Brussell, kienu il-pakkett tal-klima u enerġija kif ukoll l-addozzjoni ta’ konkluzjonijiet dwar il- GMO’s. (Genetically modified organisms) |
| Dwar | il-pakkett tal-klima u enerġija, fil-waqt li Malta baqgħet issostni l-bżonn li jsir progress fuq dan is-suġġett, insistiet li kwalunkwe ftehim għandu jieħu inkonsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari ta’ stati membri. Dwar dan il-pakkett għad fadal xi punti li jeħtieġu aktar diskussjoni. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, fl-intervent tiegħu qal li, Malta hija favur il-pakkett leġislattiv fuq il-klima u l-enerġija u li bħall-istati membri kollha l-oħra, għadejja b’diskussjonijiet kemm mal-Kummissjoni Ewropeja kif ukoll mal-Presidenża Franciża, biex tassigura illi l-pakkett legislattiv jirrifletti u jieħu kont tar-realtajiet illi huma uniċi għal Malta. |
| Ta’ | min ifakkar li taħt dan il-pakkett, l-Unjoni Ewropea bħala komunita’ hija obbligata li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’20% sa s-sena 2020 u li tilħaq il-mira li tipproduċi 20% ta’ enerġija minn sorsi nodfa u alternattivi meta mqabbla mal-1990. Il-Ministru Pullicino ddikjara li Malta taqbel ukoll li l-mira għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkontribwixxu għall-’effett serra’ togħla minn 20% għal 30% b’mod mandatorju diment li jintlaħaq u jiġi ratifikat ftehim sodisfaċenti internazzjonali li jorbot il-pajjiżi żviluppati għal sforz ekwu ma’ pajjiżi b’ekonomiji li għadhom jiżviluppaw, partikolarment l-ekonomiji l-kbar emerġenti. |
| Issa | huwa mistenni li dan il-pakett jiġi diskuss ukoll mill-kapijiet ta’ stat u kapijiet ta’ gvern fil-Kunsill Ewropew li ha jsir il-ġimgħa id-dieħla. |
| Fid-diskussjoniiet | dwar il-kwistjoni tal-GMOs (Genetically modified organisms) sar avvanz sinifikanti. Il-konklużjonijiet li ġew addottati jirrikonoxxu l-bżonn li jitħarsu żoni sensittivi bħalma huma gżejjer maqtugħin għalihom. Malta ilha tisħaq ħafna fuq dan il-punt li sa fl-aħħar ġie rikonoxxut. Il-Ministru Pullicino emfasizza ukoll li din l-esklussjoni għandha tapplika ukoll għal żoni li jiffurmaw parti min-Network Natura 2000 u f’artijiet fejn ikun hemm agrikoltura certifikata. Din hi l-ewwel darba li dan ġie rikonoxut espliċitament. Il-konklużjonijiet ukoll emfasizzaw il-ħtieġa li fejn ikun meħtieġ issir assessment soċio-ekonomiku fuq applikazzjonijiet ta’ GMOs b’żieda ma dak li kien isir sa llum. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984