IL-PRIM MINISTRU SE JIBGĦAT GĦALL-PERSUNA LI HEMM QBIL DWARHA BIEX TINĦATAR KUMMISSARJU GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA
PR1895
04/12/2008
| Il-Prim Ministru | Lawrence Gonzi fil-jiem li ġejjin se jiltaqa’ mal-persuna li dwarha hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li tinħatar Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. |
| Jekk din | il-persuna taċċetta, jibdew il-proċeduri amministrattiv biex issir il-ħatra tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data. |
| Nhar it-Tnejn il-Prim | Ministru, ikkomunika mal-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat u ppropona isem biex jinħatar f’din il-kariga. Il-bieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni informa lill-Prim Ministru li l-oppożizzjoni taqbel mal-isem suġġerit mill-Gvern. |
| Dak il-ħin il-Prim | Ministru informa lill-Kap tal-Oppożizzjoni li hemm proċeduri amministrattivi li jridu jsiru biex il-persuna konċernata, jekk taċċetta, tibda tassumi l-funzjonijiet skont il-liġi. |
| Biex | il-konsultazzjoni tkun effettiva l-Prim Ministru ma kellimx lill-persuna li ppropona hu stess, qabel ma l-oppożizzjoni tkun tat ir-risposta tagħha. Issa li l-oppożizzjoni qablet, il-Prim Ministru se jibgħat għal persuna u jinfurmaha bil-konsultazzjoni li saret u joffri l-kariga ta’ Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984