Left arrow Go Back

IL -15 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KUNSILLI LOKALI F’MALTA: DISKUSSJONI ROUND TABLE - IL-FUTUR TAL-KUNSILLI LOKALI F’PAJJJIŻNA - L-ERBGĦA 3 TA’ DIĊEMBRU 2008 -FLORIANA

PR1894
Date Icon 04/12/2008
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-15-ilanniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta il-bieraħ ġiet organizzata Konferenza Round Table bis-suġġett diskuss ikun ‘Il-Futur tal-Kunsilli Lokali f’Malta’.
Din il-konferenza kienet immexxijamill-Professur Henry Frendo u ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali Natalino Attard u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Michael Cohen.
Fil-konferenza pparteċipaw ukoll diversientitajiet li b’xi mod huma konnessi mal-operat tal-Kunsilli Lokali fosthom il-MEPA, il-GRTU, l-MHRA, il-Kumitati Reġjonali fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-GWU, il-Wasteserve, il-UĦM, Heritage Malta, u is-Superintendence of  Heritage.
L-entitajiet mistiedna kollha qablu li diġa’hemm koperazzjoni tajba ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali iżda dan ma jfissirx li m’hemmx bżonn ta’ miljorament.  It-tibdil biex iseħħ dan għandu jkun  kemm fl-entitajiet infushom u kemm fil-Kunsilli Lokali.
L-interventi tal-parteċipanti wrew konsensus lil-entitajiet u l-awtoritajiet għandhom jifhmu aktar ir-rwol u l-ħtiġijiet tal-Kunsilli Lokali u jiddiskutu magħhom fuq livell elevat bħala Gvernijiet Lokali.  Min-naħa tal-Kunsilli Lokali dawn għandhom jaraw li jkun hemm aktar kontinwita’ u kemm jista’ jkun ma jkunx hemm tibdil radikali ta’ policies kull meta jinbidel il-Kunsill.
Is-Segretarju Parlamentari responsabblimill-Kunsilli Lokali Chris Said inkoraġixxa li jkun hemm djalogu aktar f’saħħtu u kontinwu bejn l-awtoritajiet u entitajiet oħra u l-Kunsilli Lokali.  Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza tal-kunċett ta’ reġjonalita’ u qal li l-Kunsilli Lokali għandhom jaħdmu aktar flimkien sabiex ikollhom prodotti u servizzi aħjar b’anqas infieq.
Chris Said tkellem dwar l-importanza tat-turiżmukemm lokali u kemm internazzjonali u qal li l-Gvern mhux biss jemmen li kull lokalita’ għandha l-potenzjal turistiku tagħha iżda ttieħdu wkoll inizjattivi biex jintlaħaq dan l-iskop.  Fost dawn l-inizjattivi hemm it-tnedija tal-Local Councils Enterprise Award Scheme li hija skema li tinkoraġixxi lill-Kunsilli Lokali sabiex jinċentivaw l-intrapriża fil-lokalita’ tagħhom.
Il-parteċipanti fil-konferenza kollha esprimewis-sodisfazzjon tagħhom għall-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza u qablu li konferenzi simili għandhom jibqgħu jsiru fuq bażi regolari sabiex tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni bejnhom u bejn il-Kunsilli Lokali u eventwalment nilħqu l-iskop tagħna li l-Kunsilli Lokali jilħqu l-aspettativa tar-residenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow