Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qed jassisti ħdax–il ċittadin Malti li nqabbdu fit-Tajlandja
PR1887
03/12/2008
| Fl-aħħar siegħat kompliet il-ħidma | mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin sabiex il-Maltin maqbuda fit-Tajlandja jingħataw l-għajnuna meħtieġa. |
| Hemm b’kollox ħdax–il Malti li nqabbdu | fit-Tajlandja u li ma setgħux iħallu l-pajjiż kawża ta’ l-inċidenti li seħħew fl-aħħar jiem fl-ajruport ta’ Bangkok. |
| Tnejn mill-Maltin li huma miżżewġin nisa | Tajlandiżi, għadhu ma nstabilhomx mod kif jirritornaw lura lejn Malta. Madankollu qed isir kull sforz sabiex jinstabu titjiriet għal dawn il-persuni. |
| Fadal ukoll cittadin Malti wieħed li għadu ma | sarx kuntatt miegħu iżda jidher li dan jinsab f’partijiet oħra fit-Tajlandja u mhux f’Bangkok. |
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru | għall-Affarijiet Barranin, Tonio Borg, spjega li s-sitwazzjoni f’Bangkok għadha waħda frustranti. Huwa fakkar li l-prijorita’ tal-Gvern Malti f’dan ir-rigward hija li jassigura li kull ċittadin Malti jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex jiġi assigurat li dawn jaslu lura Malta mill-iktar fis possibli. |
| Il-Ministru Tonio Borg filwaqt li faħħar | ix-xogħol siewi li wettaq il-Konslu għal Malta fit-Tajlandja Niphan Benjavilas, irringrazzja wkoll lill-ħaddiema li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tal-Protokol għal ħidma tagħhom fl-aħħar siegħat sabiex dan kollu kien possibbli. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984