Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FIL-JUM INTERNAZZJONALI DDEDIKAT LILL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ

PR1882
Date Icon 03/12/2008
In-Nazzjonijiet Unitiddikjarat it-3 ta' Diċembru bħala l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilità. F’Malta għal din is-sena, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità għażlet it-tema "Aċċess għal Kulħadd, Suċċess għal Kulħadd".
Bħala poplujeħtieġ li nkomplu nifhmu dejjem aktar li aċċess għal kulħadd ifisser li l-persuni kollha, hi x’inhi l-kundizzjoni tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu minn dak kollu li toffri s-soċjetà tagħna. Dan jitlob impenn minn kull wieħed u waħda minna.  Sfortunatament jekk ma noqgħodux attenti, mingħajr ma nafu u forsi wkoll mingħajr ma rridu, il-persuni b'diżabilità faċilment jistgħu jispiċċaw diskriminati, jew għax il-bini fih it-taraġ u ma fihx rampa jew lift, jew għax website ma ġietx iddisinjata tajjeb għall-persuni neqsin mid-dawl.  Jew inkella għax il-programmi tat-television ma fihomx is-sotto titoli u għalhekk il-persuni neqsin mis-smigħ ma jistgħux jifhmuhom.
Meta bħalaSoċjetà Maltija nagħmlu sforz biex ninkludu lil kulħadd tkun qed tiggwadanja s-soċjetà kollha. Dan għaliex il-lift ma jgħinx biss lill-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, imma jgħin ukoll lill-anzjani, jew lil dak iż-żagħżugħ li kiser siequ. Tabilħaqq il-lift ma joffrix biss aċċess lill-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti imma joffri aċċess aktar komdu lil kulħadd.  Jgħin lil dik il-mara mgħobbija bix-xirja.  Ir-rampa tgħin lil min ikun qed jimbotta il-pram. Dan kollu jikkonferma kemm verament aċċess għal kulħadd ifisser suċċess għal kulħadd.
F’Malta, fejn l-aqwariżors li għandna huma n-nies, ma nistgħux inwarrbu lill-persuni b’diżabilità, mhux biss għax dan hu moralment u legalment ħażin, imma għax pajjiżna għandu bżonn is-sehem u l-kontribut ta’ kulħadd. Il-persuna b’diżabilità aktar mill-ġbir ta’ flus u karità trid id-drittijiet. Ovvjament il-karità u l-ġbir ta’ flus huma importanti u jibqgħu karatteristika tagħna l-Maltin li tagħtina l-identità ta’ poplu li jagħti każ u jimpurtah minn xulxin. Iżda l-akbar kontribut li nistgħu nagħtu hu li nkomplu nbiddlu l-mentalità u nifhmu dejjem aktar li kull persuna anki dak li jbati minn xi diżabilità għandu dritt li jkollu aċċess liberu.
Filwaqt li tajjebnirrikonoxxu l-progress li sar f’dan il-qasam, tajjeb ukoll li nibqgħu ffukati fuq dak li fadal xi jsir. F’dan is-sens, il-Gvern hu impenjat li jirratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.  Permezz ta’ din il-Konvenzjoni l-aċċess għal kulħadd ma jibqax kwistjoni ta’ “għażla” iżda jsir “dritt”.
F’dan il-jumil-Gvern jrid isellem lill-persuni kollha b’diżabilità filwaqt li jirringrazzja lil kull min jaħdem ma’ dawn il-persuni għall-impenn u l-ħidma tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow