Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI CHRIS SAID JILTAQA’ MAL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-KUNSILLI LOKALI STEFAN BUONTEMPO

PR1879
Date Icon 02/12/2008
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said illum kellu laqgħa mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo.  Waqt din il-laqgħa l-Onorevoli Buontempo, li kien akkumpanjat mill-Kunsillier tal-Partit Laburista fil-lokalita’ tas-Swieqi Mario Fava, ippreżenta l-proposti tal-Partit Laburista dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali.
Matulil-laqgħa Chris Said innota b’sodisfazzjon is-suġġerimenti li ressaq il-Partit Laburista u qal li fil-maġġorparti tagħhom huma proposti li diga’ kellu l-opportunita’ jisma’ u jikkumenta dwarhom matul il-proċess ta’ konsultazzjoni. Dan il-proċess tnieda fit-23 ta’ Mejju 2008 u se jagħlaq nhar is-Sibt li gej.
Numru ta’proposti mressqa huma fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-Gvern u jew qed jitwettqu jew se jsir xogħol biex jiġi studjat kif jistgħu jitwettqu.  Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li dan hu element pożittiv ħafna u jawgura tajjeb għal meta l-proposti għal tibdiliet fil-liġi jigu diskussi bejn iz-zewġ Partiti fil-Parlament.
Min-naħatiegħu Stefan Buontempo qal li qabel ippreżenta l-proposti il-Partit Laburista iltaqa’ ma’ diversi partijiet interessati ħalli jiġbor l-opinjonijiet ta’ kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow