Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT  DWAR KORSIJIET TA’ TAĦRIĠ FL-IT LILL-ISTUDENTI TAL-MCAST

PR1878
Date Icon 02/12/2008

L-edukazzjoni m’għandhiex tkun ballun politiku

L-edukazzjoni ta’ uliedna m’għandhiex tkunballun politiku.
Id-deputat Laburista Evarist Bartolo reġa’ mhuxjaqbel li istituzzjonijiet privati jingħataw l-inkarigu biex jagħmlu korsijiet ta’ taħriġ fl-IT lill-istudenti tal-MCAST. Dan l-aġir isegwi d-deċiżjoni tiegħu li talab lill-pulizija tinvestiga l-proċess ta’ għoti tat-tenders tal-MCAST tal-IT li wasslet biex 600 student u studenta jkollhom jibdew l-istudji tagħhom xhur tard.
Bil-pożizzjoni tiegħu, Evarist Bartolo qedjixħet dubji fuq is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż billi qiegħed jallega li l-kumpaniji msemmija huma ħatja mingħajr għadhom ma nstabu ħatja quddiem il-Qrati ta’ pajjiżna.
Jekk xi kuntratturi jinsabu ħatja, hemmhekkjittieħdu l-passi meħtieġa kif jistipula l-kuntratt kif ukoll mil-liġi.
Il-Partit Laburista, mill-kumditàtal-Oppożizzjoni jiflaħ jibqa’ jagħmel mill-edukazzjoni logħba politika, iżda l-Gvern irid jimxi b’responsabbiltà u jrid li l-istudenti jkollhom l-opportunità li jsegwu l-korsijiet li jixtiequ huma, kif ukoll tal-industrija u tal-pajjiż li jistenna mill-istituzzjonijiet edukattivi tagħna studenti mħarrġa biex isostnu l-investiment li qed jinġieb lejn pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow