L-ONOR. CHRIS SAID INIEDI PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR POLICY ĠDIDA TA’ KLASSIFIKAZZJONI TA’ TOROQ FIŻ-ŻONI TA’ KONSERVAZZJONI URBANA
PR1877
02/12/2008
| L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent | u l-Ippjanar qegħda fil-fażi li tiffinalizza l-abbozz ta’ proposti dwar il-klassifikazzjoni tat-toroq fiż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana qabel ma toħroġhom għall-konsultazzjoni pubblika. |
| Huma erbgħa ż-żoni fil-Pjan | Lokali li se jintlaqtu minn dan l-eżerċizzju. Dawn huma lokalitajiet li jaqgħu fiż-żoni tal-Pjani Lokali tan-naħa t’isfel u dak tal-Majjistral ta’ Malta, il-Pjan Lokali għan-naħat ta’ Marsaxlokk u dak għaċ-ċentru ta’ Malta. |
L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni meta fetaħ din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni, irrefera għall-impenn tal-Gvern illi qabel jittieħdu deċiżjonijiet importanti, jikkonsulta mas-setturi interessati. Il-konsultazzjoni qed titħaddem b’mod kontinwu u wiesa’.
| Tkellem | ukoll dwar l-importanza tas-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi f’ dawn il-proċessi specjalment fil-każ tal-proċess li jrid iwassal għal policy ġdida ta’ street categorization fl-urban conservation areas. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said ħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-għaqdiet preżenti sabiex jagħtu s-suġġerimenti tagħhom fuq dan l-ezerċizzju li sar bil-ħidma ta’ diversi taqsimiet tal-MEPA, biex b’hekk ikun assigurat illi meta tittieħed d-deċiżjoni finali din tkun ibbażata fuq ir-reazzjonjiiet li l-MEPA tkun irċeviet u tkun l-aħjar deċiżjoni possibli. |
| Is-Segretarju | Parlamentari ħabbar li dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ser jitkompla b’numru ta’ laqgħat oħra fosthom laqgħa mal-Kunsilli Lokali. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984