Left arrow Go Back

LAQGĦA MAR-RAPPREŻENTANTI TAL-KUNSILLI LOKALI DWAR PROGRAMMI TAL-UNJONI EWROPEA

PR1868
Date Icon 01/12/2008
F’laqgħa ma’ rappreżentantital-Kunsilli Lokali dwar programme tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina stiednet lill-Kunsill Lokali biex ikompli jaħdmu u jxerrdu l-kultura tat-Tagħlim Tul il-Ħajja u biex iħeġġu liż-żgħażagħ tal-komunitajiet rispettivi tagħhom jipparteċipaw f’dawn il-programmi li jagħtuhom opportunita’  jagħmlu esperjenza ta’ studju, xogħol jew anke laqgħat ma’ żgħażagħ oħra barra l-pajjiż.
Il-Ministru kienet qed tiftaħseminar organizzat mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (UEPA) u l-MEUSAC dwar kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jisfruttaw fondi tal-Unjoni Ewropea għall-ġid tal-komunitajiet tagħhom.
Il-Ministru Cristina qalet likull darba li jkollha l-okkażżjoni tiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-Kunsilli Lokali, għaliha tkun okkażżjoni ta’ ferħ li tfakkarha fiż-żmien qasir li għamlet membru ta’ Kunsill Lokali, anzi Sindku tal-Kunsill tas-Swieqi.
Il-Kunsilli Lokali ġiebutitjieb kbir fid-diversi  bliet u rħula ta’ pajjiżna kemm ilhom imwaqqfa. Għalhekk temmen li hu dover tagħna li kull fejn nistgħu ngħinu lill-Kunsilli Lokali biex ikompli jwettqu u jifirxu l-ħidma siewja tagħhom.
L-Unjoni Ewropea kull senatalloka ammont ta’ fondi lil istituzzjonijiet u organizazzjonijiet differenti li jistgħu jibbenefikaw biex isir taħriġ kontinwu relatat mal-qasam tax-xogħol tagħhom.
Dawn il-programmi edukattivili huma l-programm ‘Tagħlim għal Tul il-Hajja’ u l-programm ‘Żgħażagħ fl-Azzjoni’ huma amministrati mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ Malta mill-EUPA.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni saħqet li t-TagħlimTul il-Ħajja għandu jkun il-mira tagħna lkoll.  Dan hu l-messaġġ li rridu nwasslu lil kulħadd.  Li titgħallem qatt ma hu tard wisq. Bħalissa f’pajjiżna qed jittieħdu numru ta’ inizjattivi f’dan il-qasam.  Il-Ministeru tal-Edukazzjoni bħalissa qed jirrevedi abbozz ta’ Politika Nazzjonali dwar Tagħlim Tul il-Ħajja li tfasslet xi żmien ilu.  Xi suġġerimenti li hemm f’dan l-abbozz diġa’ kienu adottati filwaqt li partijiet oħra qed ikunu aġġornati.
Hi qalet li t-tagħlim m’għandux fruntieri ta’eta’ u ma jixjieħ qatt.  Qatt ma nafu biżżejjed. U dejjem għandna aktar x’nitgħallmu, lkoll kemm aħna.  Il-lum, aktar nies qed jagħżlu li jibqgħu jistudjaw.  Iżda dan in-numru rridu nkabbruh.  Irridu li mhux biss iż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jisudjaw wara’ l-eta’ tal-edukazzjoni obbligatorja, kif qed jagħmlu.  Iżda rridu wkoll li aktar nisa’ jerġgħu jirritornaw għad-dinja tax-xogħol.  Nixtiequ li dawk il-persuni li għalqu l-45 sena u li jsibuha diffiċli li jsibu  mpjieg f’dik l-eta’, jieħdu taħriġ u jkomplu jitgħallmu biex jirrendu ruħhom aktar impjegabbli.
Il-lum spiċċa ż-żmien li wieħed jitgħallem ujsib impieg u dan ikun impjieg għal għomru.  Irridu nkunu ambizzjużi u naħtfu kull opportunita’ li nsibu biex intejjbu l-impjieg tagħna.  Dan ikun possibbli jekk nemmnu li għandna nkomplu nitgħallmu tul ħajjitna kollha.
Il-Ministru Cristina tkellmet ukoll dwaril-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni”.  Iż-żgħażagħ huma l-akbar riżorsa li għandu pajjiżna u rridu nkomplu ninvestu fihom.  Dan il-programm tal-Unjoni Ewropea, immirat għaż-żgħażagħ u l-Kunsilli Lokali jistgħu jisfruttawħ għall-ġid taż-żgħażagħ fil-komunitajiet tagħhom.
Ikun ferm utli, li l-Kunsilli jħajjru u jgħinuliż-żgħażagħ biex jagħmlu esperjenza ta’ studju jew ta’ xogħol barra ‘l pajjiż.  Dan il-programm tal-Unjoni Ewropea joffri din il-possibbilta’. Esperjenza bħal din tiswa mitqlu deheb lil dawn iż-żgħażagħ.  Tagħtihom l-opportunita’ li jiltaqgħu ma oħrajn u magħhom jaqsmu esperjenzi.  Jitgħallmu dwar kulturi u drawwiet differenti u dan kollu jgħinhom ikabbru l-għarfien tagħhom li żgur se jiswihom tul ħajjithom.
Malta minn dejjem kienet minn ta’ quddiem biextipparteċipa u tibbenefika minn dawn il-żewġ programmi u għalhekk hu ta’ sodisfazzjon li jittieħdu inizjattivi bħal din tal-lum li jkomplu jsaħħu l-istrutturi tagħna anke fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Cristina fakkret li Maltakkwalifikat għal 3 miljun euro fis-sena 2008 għall-programmi edukattivi, u għal 4 miljun ewro oħra għall-2009. Kull sena l-fondi jiżdiedu u aktar organiżazzjonijiet qed joħolqu proġetti siewja u innovattivi u jibbenefikaw minnhom.
Pajjiżna għandu biex jiftaħar bil-kapaċitajietfir-riżorsi umani tagħna. L-isfida li jmiss hi li nwessgħu dan il-grupp ta’ nies biex b’hekk il-pajjiż isib il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex ikompli jagħmel kisbiet ekonomiċi sostennibli u fuq medda ta’ żmien twil kemm jista’ jkun.
Hu importanti li quddiem l-isfidi li s-suqtax-xogħol qed jaffaċċja, aħna bħala pajjiż insiru aktar kompetittivi u hu fl-interess ta’ kull lokal li jħeġġeġ aktar parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ u nies bla xogħol biex dawn isiru aktar impjegabli.
Il-Ministru temmet tgħid li attivitajiet bħaldawn huma ta’ importanza kbira biex inwasslu l-informazzjoni korretta lil dan il-grupp biex ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta fil-programmi edukattivi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hi awgurat li minn din il-laqgħa joħorġu ideat uproġetti konkreti b’aktar opportunitajiet ta’ tagħlim, ta’ skambji u ta’ proġetti li minn xtutna jeħduna fil-qalba taċ-ċivilta’ u l-kulturi Ewropej.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow